Jum l-Ambjent 2014

turtle dove 2

Għada l-5 ta’ Ġunju huwa l-Jum Dinji tal–Ambjent.

L-issues ambjentali li irridu niffaċċjaw ma jonqsu qatt. Kontinwament nitkellmu fuqhom imma l-Gvernijiet dejjem ikaxkru saqajhom.

Huwa xieraq li din is-sena, mingħajr ma bl-ebda mod ma nnaqqas mill–importanza ta’ ħidma siewja dwar diversi materji ambjentali bhall-ippjanar, l-ilma u l-ikel nieħu din l-opportunuta biex fl-okkazjoni ta’ Jum l-Ambjent insellem lill-għaqdiet ambjentali kollha Maltin li tul it-tnax-il xahar li għaddew fittxew li jidentifikaw front komuni fil-ħidma tagħhom.

Kien ta’ sodisfazzjon għal kulħadd li għall-ewwel darba numru sostanzjali u spettru wiesgħa ta’ għaqdiet ambjentali ngħaqdu flimkien ma’ Alternattiva Demokratika fit-twaqqif tal-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa  biex isejħu għal Referendum Abrogattiv ħalli d-deċiżjonijiet li tul is-snin naqas milli jieħu l-Parlament jeħodhom il-poplu Malti permezz tal-vot tiegħu f’referendum abrogattiv.

Ma kienitx triq faċli. Anzi kienet waħda iebsa u diffiċli ħafna. Imma b’rieda tajba minn kulħadd bdejna naslu.

Tul ix-xhur li ġejjin, din il-hidma trid tissokta u dan minħabba li l-Gvern kontinwament qed juri n-nuqqas ta’ sensittivita tiegħu lejn l-obbligi internazzjonali għall-harsien tal-biodiversita billi issa jidher li ser jerġa’ jippermetti mill-ġdid l-insib.

Ħadd m’għandu jibża’ meta kkonfrontat minn attitudni anti-demokratika li trid tnaqqas drastikament id-dritt ghal referendum abrogattiv. Attitudni li hemm min sfortunatament qed jinkoraġġiha għax minkejja l-ħafna paroli li jingħad f’dan il-pajjiż għad hawn nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet u l-obbligi demokratiċi.

Alternattiva Demokratika hi kburija li tul il-25 sena li ilha teżisti kienet l-uniku Partit Politiku f’Malta li semma leħnu fuq dawn l-affarijiet.

One comment on “Jum l-Ambjent 2014

  1. “Alternattiva Demokratika hi kburija li tul il-25 sena li ilha teżisti kienet l-uniku Partit Politiku f’Malta li semma leħnu fuq dawn l-affarijiet.” Ghaxxaqta fl-ahhar!
    Kien hemm hafna affarijiet ohra li kemm il-PL, il-PN u Partit Politici ohra semmew lehenhom fuq “obbligi internazzjonali għall-harsien tal-biodiversita.” Anke saru certi ligijiet. M’ahniex l-ahhar fid-dinja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s