Għada t-Tnejn il-kaċċaturi ser jimmarċjaw il-Belt Valletta biex jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament.
Il-petizzjoni li ser tkun ippreżentata f’isimhom mis-Segretarju Parlamentari u kaċċatur Michael Falzon titlob li jitnaqqas id-dritt tar-referendum. Il-kaċċaturi huma tal-fehma illi għandhom isiru emendi għall-liġi tar-referendum biex ikomplu jonqsu l-possibilitajiet fejn il-votanti jkunu jistgħu jsejħu referendum abrogattiv.
Il-proposta tal-kaċċaturi hi waħda li timmira li tnaqqas id-drittijiet demokratiċi fil-pajjiż. Il-kaċċaturi jidher li ma jaqblux illi jittieħdu deċiżjonijiet b’mod demokratiku billi nivvutaw dwarhom. Minflok il-kaċċaturi jippreferu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fi kmamar magħluqin fejn deċiżjonijiet politiċi jitpartu ma voti ta’ appoġġ lil partit politiku jew ieħor. Żmien dawn it-tip ta’ konfoffi għadda.
Fejn il-Parlament wera ruħu impotenti li jieħu deċiżjonijiet importanti bħal dik dwar il-kaċca fir-rebbiegħa ma hemm l-ebda triq oħra għajr dik tar-referendum abrogattiv.
Mhiex triq faċli. Fil-fatt sal-lum hi triq li qatt ma intuzat. L-użu tagħha huwa biss f’każi eċċezzjonali fejn il-Parlament wera, tul is-snin, illi huwa impotenti.
GHAX MA’ JHALLUX IL-POPLU JIDECIEDI MHUX IL-POLITIKANTI, PAJJIZ TAL-MICKEY MOUSE
Allura jekk xi hadd jiddeciedi li jigbor 40,000 frima biex isir referendum biex isiru elezzjonijiet generali godda, jew jitwaqqa t-tejatru l-mikxuf; jew li m’ghandux jibqa’ jsir sajd ghal-pjacir; etc, dan ghandu jithalla??
Nahseb ikun abbuz mid-demokrazija! Min jaghmel dawn l-affarijiet ghandu d-dmir li jara x’effett jista’ jkollu fuq il-pajjiz! Drittijiet minghajr dmirijiet hija xi haga perikoluza hafna!
Spjegajt diversi drabi fuq dan il-blog li ma jistax isir referendum fuq kollox. Hemm hafna affarijiet li dwar ma jistax isir referendum abrogattiv.
Dawk li jiffirmaw biex isir ir-referendum ma jiehdu l-ebda decizjoni. Id-decizjoni jehduha l-votanti li b’maggoranza jiddeciedu jekk jaqblux jew le mat-talba li tkun qed issir.
Id-demokrazija qatt ma hi perikoluza. L-unika periklu li hawn mas-saqajn hi l-injoranza.
Hemm kazijiet fejn wiehed jista’ jabbuza mid-demokrazija, bhal affarijiet ohra, u allura tista’ tkun perikoluza. Ezempju huwa Norman Lowell!
Il-periklu mas-saqajn m’huwiex biss l-injoranza, izda, nahseb li akbar, l-ipokrezija.
X’inhuma il-kazijiet fejn, fi-ligi Maltija, car u tond, jinghad l;i ma jistax isir referndum?
Sa certu punt, nixtieq li l-MLPN isibu mod kif iwaqqfu dan ir-referendum. Ghaliex ?
Ghax b’hekk l-UNIKA ghodda li jibqa’ ghall kull min jistmerr il-kacca tkun il-vot lil AD f’elezzjoni generali………IMMA MBAGHAD L-AD JKUN JEHTIEG LI TAGHMILHA CARA LI L-ISSUE EWLIENI TAGHHA SE JKUN IL-KACCA !
Ma jibqa l-ebda skuza ghal dawk il-nies li ghal-4 snin jghidu li l-AD qed tkun l-uniku partit li tabilhaqq jghid l-affarijiet kif tabilhaqq huma, imma mbaghad f-elezzjoni generali jghollu l-bandiera tat-team….(ehmmm skuzawni..tal-Partit) li tieghu huma sapporters.
Anki minn Lowell hemm x’titghallem ! Ghalkemm ghandu prosposti-politici fuq diversi affarijiet, ghal-elezzjoni Ewropeja ssemmiet BISS l-issue tal-Immigranti.