Iktar tard illum, il-Moviment favur l-Ikel Nadif (Clean Food Movement) ser jorganizza March kontra Monsanto 2014.
Dan il-Moviment huwa magħmul minn 21 għaqda, l-parti l-kbira minnhom għaqdiet ambjentali.
Il-Moviment Ikel Nadif qed jitlob li tkun imħarsa l-ekoloġija fraġli tal-gżejjer Maltin u li b’mod partikolari Malta tkun dikjarata żona ħielsa mill-Ikel Ġenetikament Modifikat (GMO Free Zone).
Il-Moviment għall-Ikel Nadif qed jitolbu lill-Membri Parlamentari Ewropej eletti f’isem Malta biex jieħdu l-istess posizzjoni kemm individwalment kif ukoll fil-gruppi politiċi tagħhom.
Għandu jkun ċar għal kulħadd x’inhuma l-impatt tal-ftehim li qiegħed jiġi negozjat prezentement bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Istati Uniti dwar il-Kummerċ, it-TTIP (Transatlantic Trade and Investment Partnership). L-impatti tiegħu għandfhom ikunu mgħarbla kif ukoll għandu jkun suġġett għal skrutinju demokratiku.
Il-produzzjoni tal-ikel f’Malta teħtieġ skrutinju aħjar biex ikun assigurat il-ħarsien tal-konsumatur Malti minn abbużi diversi li jistgħu jirriżultaw f’diversi sustanzi kimiċi fl-ikel Malti.
Prosit. Dan huwa lIspirtu ta glieda favur il-Common Good! Mhux sew illi l-EU, ftit qabel ma titbiddel il-presidenza taghha, tinnegozja fil-maghluq u tiddeciedi dwar il-GMOs. Dan juri korruizzjoni ohra ta’ l-EU! Kif ma smajna xejn fuq din il-haga qabel l-elezzjonijiet ta’ l-MEPs? Kienet taghmel aktar sens milli batti bekki kontinwi fuq il-qaghda lokali!! Jehtieg illi xi hadd, specjalment minn naha tal-partiti l-kbar, jinforma l-poplu b’aktar emfasi fuq dak li jkun qed tassew jigri fil-EU! Ghamilna plejtu fuq l-IIP u fuq haga bhal din, xejn!
AD biss tkellmet fuq dawn l-affarijiet. Il-PN u l-PL baqghu siekta.