1823 grazzi

new identity

 

Fil-ħin li qiegħed nikteb l-għadd tal-voti għadu għaddej. Jiena sfajt eliminat tard il-bieraħ bil-lejl fit-tnax-il għadd meta kont ilħaqt l-1823 vot.

Irrid nirringrazzja lil kull min kellu fiduċja fija u ivvutali. Kemm lill-1527 persuna li ivutaw li fl-ewwel għadd kif ukoll lill-296 persuna oħra li tawni preferenzi wara l-ewwel waħda.

Fil-ħin li qiegħed nikteb, il-parti l-kbira tal-voti li tajtuni ngħaqdu mal-voti l-oħra li kiseb Arnold Cassola li bħalissa laħaq it-8060 vot fis-sittax-il għadd.

Għal partit bħal Alternattiva Demokratika li ma jitmexxiex mill-kurrent, dan hu vot ta’ fiduċja.

 

Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom.