Is-suldati tal-azzar huma persuni ta’ kuraġġ kbir. Jaffrontaw kull periklu. Huma persuni ġenwini li jsibu min jinqeda bihom.
Il-problema m’humiex is-suldati tal-azzar iżda l-ġgant b’saqajn tat-tafal.
Ir-referenza komuni hi waħda Biblika, l-ħolma tar-Re tal-Babilonja Nebuchadnezzar li kienet interpretata mill-profeta Daniel u imnizzla fil-ktieb ta’ Daniel.
Il-ġgant b’saqajn tat-tafal hu l-persuna tal-poter li għandu difett li m’huwiex daqstant ovvju. Imma id-difett qiegħed hemm. Hu difett li min jaf bih jista’ jimmanipulah. Meta jasal il-waqt jista’ jwassal biex jikkrolla kollox.
S’issa il-ggant tat-tafal kien Lawrence Gonzi – il-waqt wasal u kkrolla kollox ghall-PN. Dan huwa FATT. Referenzi ghal nies ohrajn prezenti tal-poter huma spekulazzjoni!
Suldati ta’ l-azzar baqa’ hafna, specjlament ta’ l-eta tieghi li hrigna rebbieha fuq is-60s U GHADNA SODI!