Irridu trasparenza sħiħa fil-finanzjament tal-partiti, AD tgħid lill-Ministru Owen Bonniċi

transparency

Alternattiva Demokratika taqbel fil-prinċipju mal-proposti fil-White Paper dwar il-finanzjament tal-politika iżda taħseb li bosta mid-dettalji dwar il-proposti li saru għandhom ikunu ikkunsidrati mill-ġdid. Dan qalu l-Prof. Arnold Cassola, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, lill-Ministru Owen Bonnici llum il-Belt. Il-Prof. Cassola żied jgħid illi Alternattiva Demokratika b’mod konsistenti tul il-25 sena ta’ eżistenza tagħha dejjem ħadmet favur ir-regolamentazzjoni tal-politika u tal-partiti.

Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, emfasizza lill-Ministru Bonnici li m’huwiex għaqli li l-awtorita regolatorja dwar il-partiti politiċi u l-finanzjament tagħhom tkun il-Kummissjoni Elettorali. Alternattiva Demokratika qed tipproponi li jkun il-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kummissjoni Elettorali hi taħt il-kontroll esklussiv tal-partiti politiċi fil-Parlament iżda l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, meta jinħatar bil-qbil ta’ żewg terzi tal-membri tal-Parlament, mhux biss persuna ta’ integrita iżda fuq kollox persuna aċċettabbli għal faxxa iktar wiesa’ ta’ nies.

Cacopardo żied jgħid illi l-White Paper titkellem ukoll dwar ir-reġistrazzjoni tal-Partiti u tidħol f’numru ta’ dettalji dwar kif għandhom ikunu organizzati. Alternattiva Demokratika, filwaqt li taqbel mal-proposta ta’ reġistrazzjoni tal-partiti, jidhrilha li l-White Paper tidħol f’ħafna dettalji żejda. Kien ikun ħafna aħjar kieku illimitat ruħha għall-essenzjali. Hemm qbil li r-reġistrazzjoni tal-partiti għandha teżiġi li l-partiti jkunu demokratici fil-ħsieb u fil-forma imma ma hemm l-ebda ħtieġa li din tidħol ukoll fid-dettall ta’ kif taħdem l-organizzazzjoni interna ta’ partit politiku.

Hemm il-periklu, żied jgħid Cacopardo, li ma tittieħditx konsiderazzjoni tad-differenzi fid-daqs tal-partiti u allura ukoll fir-riżorsi disponibbli għalihom. Filwaqt li Alternattiva Demokratika tifhem u taċċetta li l-kontijiet tal-partiti għandhom ikunu soġġetti għal verifika, hu innutat li l-White Paper ma tiddistingwix bejn il-partiti l-kbar li għandhom turnover ta’ miljuni fis-sena u Alternattiva Demokratika li t-turnover tagħha ma jaqbiżx il-€15,000 fis-sena. F’dan ir-rigward Alternattiva Demokratika qed tipproponi li fil-każ ta’ partiti politiċi li t-turnover annwali tagħhom ma jaqbiżx il-€100,000, l-ispejjes konnessi mal-verifika annwali jitħallsu mir-regolatur.

Arnold Cassola, Chairperson, qal li l-qalba tal-proposti fil-White Paper jirrigwardaw id-donazzjonijiet lill-partiti u kif dawn għandhom ikunu regolati. Alternattiva Demokratika jidhrilha illi l-limiti illi tipproponi l-White Paper huma għoljin wisq. Fil-fehma ta’ Alternattiva Demokratika, filwaqt li donazzjonijiet taħt l-€4,000 fis-sena għandhom jibqgħu protetti bil-kunfidenzjalita’, d-donazzjonijiet bejn l-€4,000 u l-€40,000 fis-sena għandhom ikunu pubbliċi u tinghata informazzjoni dwarhom lir-regolatur. M’ghandhomx ikunu possibli donazzjonijiet li jaqbzu l-€40,000 fis-sena.

Il-Prof. Cassola żied jgħid illi l-White Paper ma titkellimx dwar self lill-partiti politici u in partikolari tinjora l-possibilita li s-self jista’ jintuża biex jostor donazzjonijiet u b’hekk ikunu evitati l-proċeduri ta’ trasparenza. Il-White Paper lanqas ma teżamina l-kontrolli meħtiega fuq l-attivita’ kummerċjali tal-partiti kif lanqas ma teżamina kif jista’ jkun hemm iktar kontrolli effettivi dwar l-użu mill-partiti politiċi ta’ propjeta’ pubblika.

Advertisements

One comment on “Irridu trasparenza sħiħa fil-finanzjament tal-partiti, AD tgħid lill-Ministru Owen Bonniċi

  1. Ma nagħmlux mod li issa se jkun hemm attentat sabiex jiġu ostakolati partiti żgħar preżenti u futuri li jippruvaw jidħlu fix-xena. Mhux diġà hija kważi impossibbli li partit żgħir ikollu siġġu fil-Parlament? Issa se nippruvaw nagħlqulu ħalqu billi nostakolawlu l-eżistenza tiegħu permezz ta’ piżijiet finanzjarji ġodda?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s