Ix-xahar li għadda l-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja (ECJ) ħassret Direttiva tal-Unjoni Ewopeja (Data Retention Directive) li kienet tippermetti l-ħażna u l-użu ta’ data elettronika personali mill-awtoritajiet fl-istati membri. Dan l-ECJ għamlitu wara li kienet mitluba mill-għola Qrati fl-Irlanda u l-Awstrija biex teżamina din id-Direttiva minħabba numru ta’ kawżi dwar dan li kienu pendenti f’dawk il-pajjiżi.
Id-dinja diġitali hi l-fruntiera l-ġdida tad-drittijiet tagħna. Id-Direttiva imħassra (Data Retention Directive) kienet tagħti aċċess faċli għad-data diġitali personali kemm lill-Gvernijiet kif ukoll lill-Korporazzjonijiet. Il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja fil-fatt qalet li, kif imfassla, din id-Direttiva tiġġenera is-sensazzjoni li l-ħajja personali tagħna hi taħt sorveljanza kontinwa.
Minħabba d-dipendenza tagħna fuq it-teknolġija diġitali kif applikata, per eżempju, fit-telefonija kif ukoll bl-użu kontinwu tal-internet, kull wieħed minna jħalli warajh traċċi kontinwi ta’ informazzjoni diġitali ta’ natura privata li jekk isir abbuż minna tista’ isservi ta’ theddida kontinwa għall-privatezza tagħna. Permezz tal-mobiles inħallu, per eżempju traċċi diġitali ta’ kull fejn inkunu f’kull ħin. Anke fuq l-internet, kif nafu ilkoll, inħallu warajna ħafna informazzjoni dwarna infusna. Ħafna minn din l-informazzjoni tista’ ma tfisser xejn, imma inħallu warajna ukoll, xi drabi bla ma nafu ħafna informazzjoni privata sensittiva. Min irid jabbuża minn din l-informazzjoni fil-fatt għandu fejn jixxala.
Ovvjament din it-tip ta’ informazzjoni jista’ jkollha użu importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita’. Imma daqskemm hi utli fil-ġlieda kontra l-kriminalita, daqstant ieħor tista’ issir ħsara jekk din l-informazzjoni, essenzjalment ta’ natura privata tiġi f’idejn u tintuża minn min m’għandux jedd għaliha.
Anke’ meta l-istat qiegħed jiġġieled kontra l-kriminalita’ m’għandu l-ebda jedd li jinjora d-drittijiet tagħna. F’kuntest diġitali l-iktar li jsir emfasi hu fuq il-privatezza tad-data kif ukoll li s-sidien tad-data huma n-nies individwali. Dan ifisser li la l-istat u l-anqas il-Korporazzjonijiet m’għandu jkollhom xi jedd assolut fuq informazzjoni diġitali ta’ natura privata. Fi ftit kliem la is-sigurta’ nazzjonali u l-anqas il-kummerċ m’għandhom iservu ta’ skuża biex fid-dinja diġtali jitnaqqru id-drittijiet tagħna.
Huwa essenzjali li f’din l-era diġitali kull ċittadin ikun imħares minn sorveljanza żejda mill-Gvernijiet u l-Korporazzjonijiet. L-informazzjoni personali la hi tal-istat u l-anqas tal-korporazzjonijiet. Għaldaqstant la l-istat u l-anqas il-korporazzjonijiet m’għandu jkollhom drittijiet fuq din l-informazzjoni li hi tagħna u mhux tagħhom.
Alternattva Demokratika u l-Ħodor Ewropej qegħdin fuq quddiem nett f’din il-ġlieda biex id-drittijiet diġitali tagħna jkunu imħarsa.
Ippubblikat fuq iNews it-Tlieta 6 ta’ Mejju 2014
L-isfortuna hi i l-Gvernijiet aktar interessati li ‘jidhru’ li qed jimmbuttaw it-teknologija. Fil-verita kull hekk imsejha ‘inizjattiva digitali’ m’hi xejn ghajr ‘photo opportunity’ ghall-istampa jew ezercizzju fil-‘propaganda’. Li kieku le ghaliex MALTA huwa l-uniku pajjiz li ma ghandux program biex jghallem it-teknologija (bis-serjeta u mhux programm ta’ reklami tafx). Mhux bizzejed li nixtru komputers u tablets ghall- iskejjel jekk warajhom ma jkunx hemm struttura biex taghllem l-uzu ta’ din l’istess teknologija. L’aqwa li nidhru naqtghu xi zigarella – izda ftit li xejn jintuzaw ghal skopijiet attwali (taghlim per ezempju). Kollox ghal ghajn in nies (u ghal voti). Basta nonfqu flus il poplu fix-xinxilli
Huwa importanti li wiehed jikkwalifika x’inhu privat u x’mhux!
Jien ma tantx naqbel fuq dan kollu ghaliex f’dinja globalizzata huwa difficli, ghalkemm mhux impossibbli, li tghix f’dinja ghalik, jew ‘privata.’ Min jghix hajja sewwa u morali m’ghandux minn x’hiex jibza’ billi ma jkollux hajja privata f’dan is-sens ta’ teknologija. Huwa l-poplu li ghandu jigi mghallem li jaccetta certi eccezzjonijiet, li ma jaghmlu hsara lil hadd, ta’ kif wiehed jghix. Pjuttost huma l-kriminali u l-korrotti, flimkien ma’ dawk ‘pubblici’ (politici, film stars, renjanti, etc) li jiggwadanjaw mill-emfazi ta’ privatezza teknologika, milli l-bniedem tat-triq u komuni.
Anke l-kriminal ghandu drittijiet.
Ghal iktar dettall tista’ tara it-tezi ghal dottorat fil-ligi fl-Universita’ ta’ Malta bit-titlu: Constitutional Rights of the criminal suspect li kien ipprezenta certa Lawrence Pullicino iktar tard Kummissarju tal-Pulizija.
Hawnhekk m’ahniex nitkellmu fuq drittijiet izda fuq privatezza.
Iz-zmien ta’ Lawrence Pullicini kien zmien ilu meta ma kienx hemm era digitali. Ghalhekk specifikajt li wiehed ghandu jikkwalifika x’inhu privat u x’mhux.
Il-privatezza hi dritt ukoll.
Naqbel perfettament. Izda x’inhu privat u x’mhux?
Ara ftit dan il-link:
https://www.eff.org/deeplinks/2014/04/data-retention-violates-human-rights-says-eus-highest-court
Rajtha u ma nistax nifhem kif fi ftit snin l-EU biddlet l-opinjoni; u lanqas kif l-UK tahsibha mod iehor!
Data li tista’ sservi bhala protezzjoni ghan-nies civili u ghad-dritt ta serhan il-mohh u hajja fil-paci, u difiza tal-pajjiz, m’ghandiex tkun dritt privat! Data li sservi semplicment biex wiehed jispjuna hija haga ohra. Ghalhekk nahseb li ghandu jkun hemm kwalifiki ta’ x’data ghandha titqies bhala privata u ohra li, ghalkemm privata, tista’ tkun ta’ detriment ghal pajjiz! Jekk ma jsirx hekk il-korrotti, it-terroristi, il-mafjuzi, etc jifirhu!
Dik hi l-problema ta’ dejjem. Ghax il-glieda kontra l-kriminalita li dejjem qed issir iktar soffistikata (il-kriminalita jigifieri) ma tfissirx li hemm xi dispensa mill-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem. Din hi d-dilemma kontinwa ta’ kull Gvern, kif jghasses kontinwament minghajr ma jkun qed inaqqas xejn mid-drittijiet tieghek u tieghi.
M’ghandiex tkun dilemma. Huwa moralment u etikament gust li taghzel “the less evil” meta tkun f’sitwazzjoni simili! One cannot have the cake and eat it. M’hawn xejn perfett fid-dinja. Il-hazin huwa keta wiehed jabbuza minn affarijiet bhal ma huma d-drittijiet u jtihom aktar importanza mid-doveri!
Iz-zminijiet inbidlu u fortunatament diversi pajjizi u istituzzjonijiet ghandhom livelli gholja tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem. Pero diffikultajiet dejjem jinqalghu.
Bicciet mill-pajjizi li dejjem ihambqu fuq id-drittijiet tal-bniedem e.g. USA, EU, etc, ma jsibuhiex bi kbira biex jissapportjaw lil, per ezempju, Israel, li l-hin kollu jikserid-drittijiet tal-bniedem. Biex ma nsemmux Guantanamo Bay. Mela d-drittijiet chewing gum?
Iva l-politika barranija sfortunatament mhux dejjem hi waħda etika. President Amerikan wieħed kien hemm li kien jinsisti fuq id-drittijiet tal-bniedem bħala kriterju uniformi fir-relazzjonijiet barranin tal-pajjiż. Dan kif taf kien Jimmy Carter.
Mill-bqija hemm x’tikkritika fir-relazzjonijiet barranin ta’ kull pajjiż li xi drabi ftit u xi drabi ħafna jagħlqu għajnejhom b’mod li kif tgħid inti jagħtu l-messaġġ li d-drittijiet tal-bniedem chewing gum.
Ovvjament dan jgħodd kemm għall-Guantanomo Bay, għall-Israel, għaċ-Ċina, għall-Korea (ta’ Fuq u t’Isfel) ……….. Għax id-drittijiet tal-bniedem mhumiex xi ħaga interna tal-pajjiż!
Id-dinja tkun ħafna aħjar kieku d-drittijiet tal-bniedem ikunu kriterju kostanti f’dak kollu li nagħmlu.
F’ħafna pajjizi għaddejjna minn sitwazzjonijiet fejn pajjiż jikser id-drittijiet tal-bniedem b’mod konxju għal sitwazzjoni fejn dawn huma ġeneralment osservati, pero dejjem hemm x’intejbu.
Il-lum il-ġurnata l-issues huma ġeneralament ta’ natura amministrattva fejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem m’huwiex riżultat dirett ta’ policy jew liġi jew ta’ imġieba konxja. Bħall-każ li ta’ bidu għal din id-diskussjoni.
Fil-qasam tad-data privata l-issue hi ta’ konflitt bejn is-sigurta u l-privatezza. Jekk l-awtoritajiet li jħarsu is-sigurta (p.e. l-Pulizija) għandhomx ikollhom aċċess dirett jew aċċess immedjat għad-data inkella jekk dan għandux ikun biss meta jkun hemm suspett raġjonevoli. Min għandu jagħtihom dan l-aċċess? Għandu jsir fuq talba immedjata tagħhom? jew tali aċċess ghandu jkun skrutinat mill-Qrati (ezempju Magistrat tal-Għassa) li għandhom ikunu sodisfatti li veru hemm suspett raġjoevoli? Min għandu jawtorizza li l-Pulizija (jew is-servizz sigriet) jissemma’ t- telefonati? Il-Ministru jew il-Qorti?
Dawn huma is-salvagwardji li tfittex is-soċjeta’ tal-lum, li min-naħa waħda tħares I-privatezza u min-naħa l-oħra tifhem il-ħtieġa li l-awtoritajiet għandhom ikollhom is-setgħa, meta din tkun ġustifikata, li jgħarblu d-data personali biex jagħtuna l-protezzjoni. Il-bilanċ huwa wieħed fin ħafna. Naqblu li hemm mumenti li l-awtoritajiet jeħtieġu aċċess għall-informazzjoni privata imma nafu li dawn ukoll huma bnedmin, suxxettibbli għall-iżball u għall-abbuż u li għaldaqstant m’ghandhomx ikollhom aċċess bla kontroll.
Din hi diskussjoni li fil-legislatura tal-Parlament Ewropew li jmiss ser terġa’ issir minħabba li l-ECJ, kif ngħid fl-artiklu oriġinali li tat bidu għal din id-diskussjoni ħassret id-Direttiva imsejha Data Retention Directive.
Id-demokrazija tagħna, kif tista’ tara mhiex waħda statika, iżda qed tiżviluppa kontinwament. Meta dan l-iżvilupp huwa mnebbaħ mill-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, ġid biss isir.
Tajjeb. Risposta kostruttiva u diretta, minghajr tidwir ta’ kliem u kolla verita.
Izda l-problema tibqa’ hemm. Fis-sitwazzjoni ta’ llum, b’korruzzjoni kwazi accettata u parti mill-hajja, li qed tohloq faqar u kriminalita, lesti il-popli jichdu ftit mid-dritt taghhom ta privatezza biex wiehed johnoq il-kriminalita u l-korruzzjoni? Min-naha tieghi iva! Il-‘common good’ ma jsirx minghajr sagrificci, bhal kwalunkwe haga ohra tajba, u jissupera id-dritt privat tieghi.
Grazzi
Hu eżerċizzju kontinwu bejn il-forzi tal-ordni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kostituzzjoni tagħna fil-fatt titkellem fuq limitazzjonijiet raġjonevoli li jkunu ġustifikabbli f’soċjeta demokratika.
It-teknologija ġġib vantaġġi kontinwi għas-soċjeta, imma bħal f’kollox hemm ukoll l-abbuż. Imma kif ngħidu, mal-ħażin ma jistax u m’għandux jeħel it-tajjeb.
Il-ġlieda kontra l-kriminalita, b’mod partikolari kontra l-kriminalita organizzata, kif ukoll kontra l-abbuzi iva trid tibqa’ issir, imma dejjem f’rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem.
Il-ġlieda kontra l-kriminalita, ….. iva trid tibqa’ issir, imma dejjem f’rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem.”
U meta dawn jiltaqghu f’konflitt, min minnhom ha jinghata prijorita?
Jien nippreferi il-glieda kontra l-kriminalita, inkluza l-korruzzjoni, ghax din tipprotegi il-‘common good’ u, allura, indirettament, anke d-drittijiet tal-bniedem.
Nifhem li hu difficli biex taccetta: imam anke l-kriminali ghandhom drittijiet. Ghalhekk il-htiega tal-involviment tal-Qrati biex jassiguraw li is-sorveljanza ma issirx b’mod abbuziv.
Da zgur li l-keiminal ghandu d-drittijiet, imma mhux id-drittijiet kollha. Fil-fatt dritt fundamentali tal-liberta jitnehha u jintbaghat il-habs. Daqshekk iehor certa data ghandha timzamm, anke fuq dawk suspettati. Is-CID, FBI, etc ghandhom id-dover li jsegwu u jindagaw fuq persuna suspettata, u dawn ma jkunux qed jiksru d-drittijiet tal-bniedem. Ghalhekk jien ghidt li ghandu jigi kwalifikat x’inhu privat u x’mhux. Inkella kif ha tinkontrolla min jista’ jkun kriminali jew le u allura jista’ jikkwalifika ghall-IIP, per ezempju!