Fuq il-passi ta’ Eva Peron

Il-logħob bil-kliem, tal-Gvern u tal-Prim Ministru Joseph Muscat, dwar diversi issues legali u kostituzzjonali jixħtu dell fuq il-kredenzjali demokratiċi tal-Partit Laburista. Inbidlu diversi liġijiet biex ikun possibli li Membri Parlamentari jinħatru fuq diversi bordijiet, inkluż dawk ta’ xi awtoritajiet. Din l-azzjoni imminat il-proċess demokratiku għax biha l-Membru Parlamentari flok ma jaqdi dmiru biex jgħarbel il-ħidma tal-Gvern sar parti minn din l-istess ħidma. Dak mhux ix-xogħol tal-Membru tal-Parlament.

Il-Membri Parlamentari li nħatru fuq dawn il-Bordijiet qegħdin f’posizzjoni li ma jistgħux jaqdu d-dmirijiet tagħhom fil-Parlament b’mod adegwat. Kien ikun aktar għaqli li l-Parlament ħoloq l-għodda neċessarja biex ikun jista’ jissorvelja aħjar il-ħidma tal-Gvern.

F’dan is-sens Joseph Muscat qed jimxi fuq l-eżempju ta’ Lawrence Gonzi meta dan, fil-legislatura l-oħra (2008-13), ħoloq il-kariga ta’ Assistenti Parlamentari u ipprova jaħtar lil kull Membru Parlamentari fil-backbench f’xi kariga. Dan għamlu għal raġuni waħda: biex ikollhom x’jagħmlu u b’hekk ikun inqas possibli li jikkonfoffaw jew ilabalbu kontra l-Gvern.

Il-Prim Ministru qiegħed ukoll jilgħab bil-kliem dwar it-talba għal referendum abrogattiv liema talba diga ġiet ippreżentata. Filli jgħid li r-referendum abrogattiv isir jekk hemm il-firem rikjesti mill-liġi u filli jagħti x’jifhem li lest li jikkunsidra talba għal tnaqqis fl-applikabilita tal-provedimenti tal-liġi dwar ir-referendum abrogattiv. Dan il-logħob bil-kliem da parti tal-Prim Ministru hu ta’ ħsara ghall-proċess demokratiku.

Il-Prim Ministru ddeċieda ukoll minn jeddu li jaqbad u jgħaddi responsabbiltajiet fil-qasam soċjali lill-uffiċċju tal-President tar-Repubblika. Dan qed jagħmlu meta l-Kostituzzjoni hi siekta dwar dan, kif ukoll mingħajr ma kien hemm il-possibilita li jesprimi ruħu l-Parlament dwar il-materja.

Hu opportun li nagħtu każ ukoll li mart il-Prim Ministru qed tingħata ukoll rwol politiku fid-delegazzjonijiet governattivi Maltin barra minn Malta. Huwa biss f’pajjiżi fejn m’hemmx demokrazija jew inkella fejn id-demokrazija hi dgħajfa li l-Prim Ministru jagixxi b’dan il-mod. F’demokrazija mart il-Prim Ministru m’għandha l-ebda rwol għax meta l-Prim Ministru jkun għal xi raġuni indispost hemm id-Deputat Prim Ministru jew xi membru ieħor tal-Kabinett li għandu  jaġixxi minn floku. Hekk ikun xieraq għax il-Ministri jirrappreżentaw lill-poplu li eleġġihom. Iżda mart il-Prim Ministru ma tirrappreżenta lil ħadd.  Juan Domingo Peron kien jagħmel hekk: kien jibgħat lil Eva biex tirrappreżentah!

Advertisements

9 comments on “Fuq il-passi ta’ Eva Peron

  1. Ara veru qeghdin sewwa. Oppozizzjoni fil-Parlament iddisprata,u ma tafx fejn hi sejra, u l-Prim Ministru donnu qieghed jinjora t-taba ghal referendum. Zewg daqqiet ta’ harta ghad-demokrazija

  2. Dan l-artiklu fih corma ‘sweeping statements’ li ma jaghmlux unur lil min jixtieq jirraprezenta lil pajjizna e.g. ir-ragunijiet ghaliex MPs ma jistghux jinhatru fuq Bordijiet. X’differenza taghmel li tpoggi MP fuq Bord jew inkella xi hadd li jkun maghruf ghal kulur politku tieghu? Dan biex inkomplu nuru l-ipokrezija ta’ certi partiti politici li jinhbew wara xi hadd ghax jahsbu li l-poplu ghadu dak injurant u illiterat ta 50 sena ilu li setghu ibellawlu u sahansitra bellawlu kull ma riedu u ma jindunax?
    Il-process demokratiku li xi whud joholmu bih m’huwa xejn hlief anarkija! Il-kalunji, n-nofs veritajiet u d-dikjarazzjonijet malizzjuzi li jinghadu minn certi politici huma l-affarijiet li johonqu d-demokrazija, inkluzi dawk li jinqdew hazin minn certi ligijiet, bhal ma hija dik tar-referenda!
    Il- mara tal-PM hija VIP. Il-PM jista’ juzaha biex taghmel parti minn delgazzjoni Maltija, u mhux lilha biss, izda lil kull min jidhirlu hu li jista’ jaghmel dan ix-xoghol. Il-bniedem li kien il-kap tad-delegazzjoni kien l-ispeaker u mhux Mrs. Muscat, fil-kaz ta JP2 u J XXIII! Huwa malinn min jistqarr li affarijiet bhal dawn jigru biss f’pajjizi fejn id-demokrazija hija dghajfa, ghax dan irid ifisser li go Malta ghandna demokrazija dghajfa ISSA!! Xi tbiddel fid-demokrazija minn Marzu 2013 sa issa? Forsi ghax ghad m’ghandniex korruzzjoni jew ghax il-partit ta l-AD ghad m’ghandux kapijiet serji li jirnexxilhom jikkonvincu l-gvernijiet biex titbiddel il-ligi elettorali u dejjem sejrin lura? Bi ftit self-criticism wiehed jista jimxi ‘l quddiem bhal ma ghamel il-PL. Bl-arroganza wiehed imur lura bhal ma gralu l-PN, l-AD u anke l-Knisja Kattolika, specjalment Maltija.
    Min jindem, jirranga. Min jikkritka negattivament kollox, jibqa’ dejjm jindifen fil-hama!

      • Miskin int u ta’ min jithassrek u dawk kollha li jichdu l-verita’ bhalek. Li xxandar il-verita kollha huwa dover ta’ kulhadd, specjalment ta’ dawk li jridu jmexxu lil pajjizi jew dawk li jsejhu lilhom infushom xandara. Ma jixraqlekx li tittispondi b’dak il-mod. Mhux ta’ b’xejn l-AD sejra lura!! M’intomx fdadi daqs il-PN.

    • Jien m/ghandi l-ebda titlu ma ismi……imma ghandi zmien bizzejjed biex nifhem li l-politika hija process u mhux tragward. Dr. Grech Attard jitkellem dwar il-passi l-quddiem tal-PL bhallikieku il-PL rebah il-battalja finali u l-PN u l-AD jinsabu mejta u midfuna.
      Hekk ezatt kienu hasbu il-Laburisti tas-70’ijiet….u kienu jpingu li Mintoff qisu xi divinita’.
      Hekk ezatt kienu qed jahsbu n-Nazzjonalisti wara r-rebha enormi fejn ghaddew lil MLP 35-30.
      Hekk ezatt kienet tahseb DGC kull darba li tkellmet dwar ir-rizultati li ggib l-AD.
      Imma MHUX hekk kien jahseb l-ex Segretarju tal-PN Dr. Joe Saliba !
      Ghadni niftakru jghid; ” fil-kobor tar-rebha tinsab iz-zerreigha tat-telfa “.
      Ma semghux minnu…..bdew jahsbu li ghandhom dritt jibqghu ghaddejjin fuq kulhadd…jghinu lill min jghinhom…..jghawgu regolamenti biex iressqu l-bocca qrib il-likk…….Il-kumplament tal-istorja nafu kif zvolgiet……S’ISSA. Imma l-istorja ghada ma spiccatx ! Jidher li l-PL ma tghallimx mill izbalji ta dawk ta qablu. U jidher l-anqas certi partitarji apologisti tieghu, ma tghallmu xejn. Hasra….ghax qeghdin nikkundannaw lilna nfusna biex nibqghu induru fuq l-istess rota ta medjokrita ‘.

      • X’ghandhom x’jaqsmu t-titli? Ga bdejt b’risposta zoppa!!
        U ghliex gejt f’konkluzjoni li l-PL rebah xi battalja finali? Allahares li xi partit politiku jirbah battalja finali u ma jkun hawn qatt bidla!! Huwa kwazi 25 sena bl-istess partit fil-gvern gabu dizastru u korruzzjoni mill-akbar, ahseb u ara x’jigri b’rebha rebha ghal-dejjem!!
        Il-PN u l-AD ma bidlux il-krib u l-atteggament taghhom ghal snin kbar, anke wara li gew michuda b’rizultat enormi u qatt bhalu mill-elettorat! Allura, almenu f’dan il-kaz, huma telliefa u michuda ghax ma jridux ibdillu il-politika Makkjaveljana ta’ biza nfondat, nofs veritajiet u konkluzjonijiet malinni u illogici!
        Il-PL tant tghallem mill-passat li ghamel rekord gdid fl-istorja ta’ Malta bir-rebha mammotjana ta’ Marzu 2013, u l-PN ghamel rekord ta’ l-akbar telfa fenomenali, flimkien ma’ l-AD li ghadha fejn kienet meta twieldet snin ilu. Dik hija tassew medjokrazija, li parti mit-tort hija ta l-apologisti taghhom li, flok ma jammettux telfa, fenomenali u jaghrblu sew ir-ragunijiet ghaliex,u b’hekk isibu lok ghal tibdil, iwahhlu f’dik u fl-ohra biex jahbu id-dizappunt taghhom, u jahlu l-energija biex ibezzghu minn u jdahhlu dubbji serji kontra l-PL, flok ma joffru Oppozizzjoni serja u morali biex jipprezantaw ruhhom bhala gvern alternattiv! Dik hija l-veru hasra!

  3. Anki is-sinjura Ceaucescu kienet VIP. Forsi ghalhekk id-dell ta’ l-Universita ta’ Malta newwlitilha “honary degree” ghax-xoghol taghha (sic) fil-qasam tal-kimika. X’verita qed ixxandar Dr. Grech Attard? Li l-backbenchers Laburisti huma zombies u joqghodu kif ippoggihom il-PM? Jew li ghandhom bzonn ic-cejca ( nghidu ahna fuq skala “Silvio Schembri” jew Lino Bianco – mhux backbencher dan) biex jzommu l-kwiet? Reklam tajjeb ghall-gvern laburista.

    • Da zgur li kienet VIP. Bhan-nisa ta kapijiet ta’ stati ohrajn. Kien jimmeritaha l-‘honorary degree’ fil-kimika jew le, a parti x’kien zewgha! . Anke Yasser Arafat gie ppremjat bin-Nobel Prize ghalkemm kien meqjus bhala terrorista!! Dawn x’argumenti bazwijin tal-passat huma? U Mussolini?; U Pinochet?: u Franco?
      Jekk dak li qed issemmi int dwar Lino Bianco, Silvio Schembri, etc huwa verita, allura inxandar dak ukoll!! U x’fih hazin li dawn jigu ppremjati? Nazzjonalisti jew ta’ l-AD biss huma lapaci jimlew certi postijiet? Wara telfa fenomenali tal-PN tippretendi tassew li l-PM ikompli bl-istess nies li rrovinaw lil-pajjiz, kemm direttament billi esegwew decizjonijiet li kienu hziena, jew indirettament, billi taw pariri hziena lil gvernijiet tal-PN? Mhux kulhadd jaf minn gawda l-aktar taht il-PN, specjalment gewwa Brussels. Dawn kienu Laburisti, jew Nazzjonalisti li kienu anke jfasslu il-programm elettorali tal-PN u li kellu jkun il-parlament Malti, taht gvern Nazzjonalista, li sfiducjhom?
      Ic-cejca minghajr tbatija taf min hadha sur Edward Mallia? Dawk involuti fil-korruzzjonijiet fahxija taz-zejt, ta’ Mater Dei, tal-medicini, ta’ l-Eramsus, tal-Freeport, tad-direct orders ta miljuni ta’ Ewro, etc taht gvernijiet Nazzjonalisti. Dak huwa r-reklam tal-gvernijiet Nazzjonalisti! S’issa, almenu, dan mhux qed jigri taht gvern tal-PL! Jekk Alla jrid, u bl-ghajnuna ta’ nies tar-rieda tajba, il-pajjiz jibqa’ miexi f’din it-triq, ikun hemm minn ikun hemm fil-gvern!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s