L-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Lino Bianco

 

Lino Bianco. kandidat

M’għandi xejn kontra l-Perit Lino Bianco, dan l-aħħar ukoll Professur. Nirrispettaw lil xulxin.

Imma ma nistax ma nikkummentax dwar iċ-ċerimonja tal-bieraħ il-Ġimgħa li fiha l-President tar-Repubblika formalment tagħtu l-ħatra bħala Ambaxxatur ta’ Malta għar-Rumanija.

Iċ-ċerimonja ma kelliex issir f’nofs kampanja elettorali.

Lil Lino nafu bi ftit iżjed sens komun minn hekk. Jekk il-Gvern dan ma fehmux, messha ħadet l-inizzjattiva l-President tar-Repubblika billi ipposponiet iċ-ċerimonja għal wara l-24 ta’ Mejju.

Dan qed ngħidu mhux biss minħabba li Lino jista’ jiġi elett (avolja mhux probabbli) imma iktar minħabba li m’huwiex xieraq li persuna maħtura biex tirrappreżenta lir-Repubblika ta’ Malta bħala ambaxxatur tinvolvi ruħha f’attivita ta’ kontroversja politika. Safejn naf jiena m’hemmx kontroversja politika ikbar minn kampanja elettorali!

Dan dejjem jgħodd sakemm il-Gvern ta’ Joseph Muscat m’hux qed jkkunsidra l-ex Ambaxxatur Richard Cachia Caruana (RCC) bħala mudell għall-imġieba xierqa tal-ambaxxaturi l-ġodda. Tul il-ħatra tiegħu bħala ambaxxatur RCC kien attiv ukoll fil-PN bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv tiegħu, apparti f’ħidma oħra ta’ politika partiġjana.

2 comments on “L-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Lino Bianco

  1. Ma tistax thallat RCC ma Lino Bianco. RCC kien u ghadu attiv b’ruhu u gismu fil-PN bhal ma kien minn dejjem u sahansitra kien jghin fil-manifest elettorali tal-PN, haga li ma tixraqx u hija kontra kull etika u morali ghal ambaxxtur MALTI ta’ l-EU!
    Il-kampanja elettorali prezenti hija hasra ghal min veru jghozz l-EU (mhux jien). Hija kampanja lokali qisna gejja elezzjoni generali u l-uniku skop taghha hija biex il-PL u l-PN jaraw fejn qeghdin ma l-elettorat, specjalment minn naha tal-PN li kompla jmexxi kampanja ta biza u kalunji u aktar jimpurtahom mill-partit milli mill-pajjiz. X’gharukaza!

    • Dr Grech Attard: L-issue hi wahda: ambaxxatur waqt li qieghed fil-hatra m’ghandux jibqa’ politikament attiv. Dan hu hazing. Ghamilha RCC u qed jaghmilha ukoll Lino Bianco. Ovvjament nifhem li inti ghandek il-kapacita li tiggustifika kollox. Dik izda hi problema tieghek, mhux tieghi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s