Deċiżjoni ħażina li ħadd m’hu ser jinsa

gay-pride-1009-1280x960

Bħalissa ħerġin l-istejjer dwar x’seta ġara biex il-Partit Nazzjonalista wasal għal deċiżjoni li jastjeni fil-votazzjoni finali li saret il-Parlament dwar il-Liġi tal-Unjoni Ċivili bejn koppji tal-istess sess.

Hu ovvju li fil-PN hemm opinjonijiet li jikkuntrastaw. Minn iva sal-le. Min irraġuna b’dan il-mod minħabba dak li jemmen u min għal raġunijiet ta’ strateġija politika.

Jibqa’ l-fatt li d-deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari li jastjeni hi deċiżjoni ħażina u l-PN ser ikollu jġorr il-piz politiku ta’ din id-deċiżjoni għal snin twal. Bħalma għamel meta fis-snin 40, meta ivvota kontra d-dritt li l-mara tkun tista’ teżerċita d-dritt tal-vot.

Ħadd m’hu ser jinsa l-posizzjoni politika li ħa l-PN. Fl-aħħar ħadd m’hu ser jiftakar ir-raġunijiet għalfejn il-PN astjena. Imma kulħadd ser jiftakar li fis-siegħa tal-prova l-PN ma kienx hemm, ma ivvutax favur il-Liġi tal-Unjoni Ċivili .

Għax id-drittijiet tal-gays huma drittijiet tal-bniedem ukoll.

4 comments on “Deċiżjoni ħażina li ħadd m’hu ser jinsa

  1. Prosit Carm.. You hit the nail on the head. Gays are just as human as we all
    are. Depriving them of the right of being able to adopt is discrimination based on sexual preference.. No ifs and buts about it. PN should have allowed the members to vote their conscience and not abstain.. Especially when the bill was going to pass anyway.. So what did abstaining achieve apart from exposing them as being homophobic?

  2. Decizjoni hazina assoluta imma min partit konservattiv ma tistax tistenna ahjar hux? pero veru ma kkalkulaw xejn ghax ta din se jdumu ibghatu l-konsegwenzi u la kienu jafu li minghajrhom kollha xorta kienet se tghaddi l-ligi kien ikun ahjar kieku hargu ta nies u urew rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem milli ghamlu hekk!!!

  3. Imma perit…..int tabilhawqq temmen li koppji mhux eterosesswali ghandu jkollom il-privilegg li jaddottaw u jrabbu t-tfal ? Tahseb li din il-haga hi skond il-ligijiet ta ommna n-natura ? Il-greens jemmnu bil-ligi tan-natura ? Jekk iva…..sa liema punt hi tali ligi sagrosanta ?
    Issa m’ahniex se niddiskriminaw kontra orjentazzjoni sesswali differenti minn dik li hi meqjusa bhala normali (u dan huwa sew). Imma jekk xi hadd ihoss gibdiet sesswali lejn krejaturi ohra (per ez. qtates), dan kif se nharsu lejh/a ? Fejn li nigbdu l-linja ?
    Liema orjentazzjoni sesswali nistghu naccettaw…..u liema le ?

    Bdejna triq li ma nafux fejn sa twassallna.
    Stajna ghamilna ahjar……stajna hdima b’mod strutturat sabiex neliminaw kull forma ta diskriminazzjoni sesswali……imma qeghdin fil-punt, li l-komunita gay tiddiskrimina kontra n-Nazzjonalisti u tghajjar lil Simon u shabu waqt li huma hergin minn fuq il-post tax-xoghol taghhom (li hu l-parlament).

    Mhux kollox hu kif jidher.

    • L-adozzjoni m’hi dritt ta’ ħadd.
      L-addozzjoni hi obbligu tal-komunita lejn l-ulied li jew għax ġew abbandunati, jew għax mhux mixtieqa jew għal xi raġuni oħra ma’ kienx hemm wisa’ għalihom fil-familja oriġinali “eterosesswali” li minnha oriġinaw.
      Hu f’dan il-kuntest li min irid jgħin għandu jkun ikkunsidrat. Kulħadd fuq il-mertu u l-kompetenza tiegħu.
      Il-liġi dan li tagħmel. Tpoġġi lil kulħadd fl-istess posizzjoni li jkun ikkunsidrat.
      Qabel ma nibdew bl-argument jekk huwiex naturali li t-trobbija issir minn koppja tal-istess sess nistgħu nistaqsu ukoll jekk hux naturali li l-ulied ma jsibux post fil-familja propja (eterosesswali) tagħhom. Xi dritt għandna li nagħlqu l-bieb f’wiċċ koppja li trid tagħti servizz?
      Li tagħmel il-liġi hu li tpoġġi lil kulħadd fl-istess posizzjoni u titfa l-obbligu fuq l-istat li jara li jkun ikkunsidrat kulħadd.
      Ovvjament l-affarijiet setgħu saru aħjar. Ma kienx floku li jitqiegħed kollox (Unjoni Ċivili u adozzjoni) fl-istess liġi. Dik hi għażla politika li għamel il-Gvern li għandha l-konsegwenza li tiżra’ l-firda fejn firda ma hemmx. Seta l-Gvern ippreżenta l-issues separatament f’liġijiet differenti. L-effett kien ikun leħen wieħed fejn hemm qbil u argumenti limitati għal fejn hemm nuqqas ta’ qbil.
      Il-firda artifiċjali f’materji sensittivi ma tagħmel ġid lil ħadd.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s