Trid li jonqsu d-drittijiet demokratiċi tiegħek ?

time is running out2

Mela issa għandna, jew ser ikollna dalwaqt, żewġ petizzjonijiet.

Tal-ewwel hi petizzjoni favur l-għasafar, biex fir-rebbiegħa dawn ikunu protetti billi tispiċċa darba għal dejjem il-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-protezzjoni fir-rebbiegħa hi meħtieġa għax hu f’dan iż-żmien tas-sena li l-għasafar ibejtu. Hu l-iżjed żmien li huma dgħajfa w allura hu l-iżjed żmien li jeħtieġ li jkunu protetti. Din hi l-petizzjoni li ġiet ippreżentata ftit iktar minn ġimgħatejn ilu lill-Kummissjoni Elettorali biex issejjah referendum biex iħassar ir-regolamenti li jippermettu li jkun hawn il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Tat-tieni hi petizzjoni li ser titressaq mill-kaċċaturi wara l-21 t’April u li permezz tagħha fi ħsiebhom jinfurmaw lill-Parlament li huma ma jaqblux li d-dritt tar-referendum ikun jistgħa jintuża biex jipproteġi l-għasafar. Jidhirlhom li huma ghandhom id-dritt li joqtlu, anzi huma jsejħulu privileġġ! Skond it-Times din il-petizzjoni iffirmawha ukoll it-tfal.

L-ewwel petizzjoni hi waħda posittiva. Tfittex li tipproteġi l-għasafar. It-tieni waħda hi negattiva. Tfittex li tnaqqas id-dritt tar-referendum. L-uniku dritt ta’ demokrazija diretta li għandna fil-gżejjer Maltin.

L-ewwel petizzjoni titlob li l-votanti kollha jieħdu sehem fid-deċiżjoni dwar jekk għandiex tispiċċa l-kaċċa fir-rebbiegħa. It-tieni petizzjoni titlob lill-Parlament biex inaqqas id-drittijiet demokratiċi li akkwistajna tul is-snin.

Ikun interessanti ħafna x’posizzjoni ser jieħdu l-Membri Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.

Min minnhom jaqbel li jonqsu d-drittijiet demokratiċi?

Id-demokrazija niġġieldu għaliha kuljum.

4 comments on “Trid li jonqsu d-drittijiet demokratiċi tiegħek ?

  1. L-uniku dritt demokratiku f’kull pajjiz fid-dinja huwa li tivvota f’elezzjonijiet liberi. Ir-referenda jistghu ma jkunux demokratci, bhal ma gara fl-Integration u fl-indipendenza u f’dak ta’ l-EU li tkella tkun elezzjoni biex tikkonferma r-rizultat. Alla hares kellna naghmlu referendum fuq kull haga li ma Nablus maghha ma kwalunkwe gvern. Din hija irrisponsabilita kbira ta’ dawk li jridu ifixklu ix-xoghol tal-gvern. Hadd ma jaqbel ghall-hut izda ghall-ghasafar Iva! Double standards jissejjah dan!

    • Nifhem li hemm diversi persuni ma jaqblux fil-principju mad-dritt tar-referendum. Dawn jidhrilhom li meta jintghazel Gvern dan jaghmel li jrid sal-elezzjoni li tkun tmiss u huwa soggett biss ghall-Parlament.
      Ghal hafna dan m’huwiex accettabbli. Ghalhekk ir-referendum ghax dwar diversi affarijiet il-Gvern mhux necessarejament ghandu jkollu l-ahhar kelma.
      Diga spjegajt f’diversi posts fuq dan il-blog li mhux veru illi tista’ jkun hemm referendum dwar kull haga. Dan id-dritt huwa limitat.
      Infakkar ukoll li l-harsien tal-ghasafar fir-rebbiegha huwa minhabba li dan huwa z-zmien meta jbejtu u jehtiegu protezzjoni.

      Ghal aktar informazzjoni dwar xi jfisser ir-referendum abrogattiv tista’ tara diversi posts fuq dan il-blog.

  2. aħna għandna fiduċja fir-referendum u għalhekk iffermajna il-petizzjoni u ġbarna l-firem kif mitluba mil-liġi kostituzzjonali u issa qed nistennew lill-gvern jagħmel dan ir-referendum u minn dan naraw il-kaċċa hiex mixtieqa mil-maltin kollha jew mil-ftit li tant jħossuhom privileġati!!! li toqtol mhux sport għax kieku l-għasafar jkunu armati ukoll b’hekk isir sport!! u l-fatt li hi tradizzjoni ma tfisser xejn, ħafna moħqrija bħal skjavitu kienu ukoll tradizzjoni imma maż-żmien il-bniedem ċivillizat fetaħ moħħu u tradizzjonijiet krudili ġew eradikati u hekk ukoll għandu jiġri bil-kaċċa!!!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s