Ir-riforma tal-MEPA: pass lura

MEPA cartoon

(cartoon ta’ Steve Bonello : http://www.stevebonellocartoons.com)

Wara li teżamina d-dokument ta’ konsultazzjoni ippubblikat mill-Gvern dwar ir-riforma tal-ippjanar għall-użu tal-art intitolat For an Efficient Planning System ma tista’ tasal għall-ebda konkluzjoni ħlief li dan hu pass lura. Iċ-ċokon tal-pajjiż għandu jwassal għal konsolidazzjoni  mhux għal frammentazzjoni tal-funzjonijiet ta’ governanza ambjentali.

Kien ikun iktar għaqli li kieku l-ambjent u l-ippjanar għall-użu tal-art baqgħu t-tnejn fl-istess Awtorita’. Il-konsolidazzjoni f’awtorita’ waħda li seħħet tnax-il sena ilu kienet pass il-quddiem li iżda ma kenitx segwita bl-allokazzjoni ta’ iktar riżorsi għad-Direttorat tal-Ambjent. Il-membri tal-Bord tal-MEPA li nħatru tul is-snin ma kienux kapaċi jagħrfu l-importanza ta’ iktar emfasi fuq ir-responsabbiltajiet ambjentali tal-MEPA. Id-Direttorat tal-Ambjent inħonoq u ma tħalliex jiżviluppa leħnu.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni jiffoka fuq l-effiċjenza tal-proċess tal-ippjanar għall-użu tal-art. Taħt dan l-iskop ġeneriku jnaqqas il-protezzjoni għaż-żona barra l-iżvilupp, għall-bini protett  u għaż-żoni protetti.

Sal-lum, bl-emendi tal-2010, zvilupp  bla permess barra miż-żona ta’ żvilupp, jew bdil f’bini protett inkella żvilupp f’zona protetta, ma setax ikun sanzjonat. Dan kien wieħed mill-ftit passi l-quddiem li seħħew fil-passat mhux mertu tal-Gvern ta’ dakinnhar iżda riżultat tal-pressjoni tal-opinjoni pubblika, tas-soċjeta’ ċivili u anke, għax le, mertu ta’ Alternattiva Demokratika. Dawn l-irregolaritajiet issa, f’isem l-effiċjenza,ser ikun possibbli li jkunu regolarizzati. Dan hu pass lura u ser jippremja lil min abbuża u li bl-emendi tal-2010 inqabad fuq sieq waħda.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-ippjanar jipproponi ukoll li l-iskedar ikun ikkunsidrat mill-ġdid wara 10 snin. Din il-proposta ukoll hi pass lura għax ser isservi biex tinkoraġgixxi n-nuqqas ta’ ħarsien tal-patrimionju tagħna u dan billi taghti tama li min ihares lejn l-iskedar bħala xkiel. Tagħtih tama li b’xi mod ikun jista’ jirranġa hu ukoll.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni ftit li xejn jitkellem dwar il-kompozizzjoni tal-Bordijiet tal-Ippjanar. Alternattiva Demokratika, kif anke saħqet fil-manifest elettorali għall-elezzjoni ġenerali tal-2013, jidhrilha li wasal iż-żmien li ma jibqax ikun hemm involviment dirett tal-Membri Parlamentari fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-ippjanar tal-uzu tal-art. Ir-rwol tal-Parlament permezz tal-kumitati tiegħu għandu jiffoka fuq is-sorveljanza tal-awtorita’, inkluż li jgħarbel il-ħatriet li jagħmel il-Gvern.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-ippjanar konsistentement ifittex li jħares l-interessi ta’ min irid jiżviluppa l-art iżda fl-ebda parti tiegħu ma jfittex li jħares l-interessi tal-komunita. F’ħafna każi t-tħaffif u l-għaġġla tal-proċess tal-ħruġ tal-permessi ta’ żvilupp ser ifisser inqas ħarsien  għad-drittijiet ta’ terzi u għall-ħarsien tal-ispazji pubbliċi, ta’ bini skedat u żoni protetti.

Għaldaqstant, meta wieħed iħares b’mod komplessiv lejn id-dokument ta’ konsultazzjoni huwa ċar li l-proposta tal-Gvern hi pass lura.

2 comments on “Ir-riforma tal-MEPA: pass lura

  1. Is soltu – xejn sew. Anzi issa qieghed naghtu laqa’ zebgha biex ghat taparsi nghattu l-imbarazz li halla haddiehor. Imma iddur iddur u kif jghid l- Ingliz.. kollox jibqa’ l-istess. Basta noqghdu nxandru ‘ara ta’ qabel kemm kienu cwiec’..ahna nafu izjed. Kollox ghal ghajn il-poplu imma sustanza zero.

  2. Din il qasma mi xejn hlief bzar fil-ghajn. Li kieku ma kienitx li ser taqdi lill kampijiet politici ZGUR li ma ssirx. Din qieghda tinhema biex it-tort ta’ xi zvilupp problematici jsir ballun bejn zewg ministri u ghalhekk it-tort ‘jinheba’ billi kullhadd jitfu barra. Ahjar is- sezzjoni li thares fuq l-operat tal-MEPA giet imsahha u moghtija s- snien milli dawn il-hafna gabirjoli u diskorsi giex jippruvaw jiggustifkaw dan l’agir. Veru Bundy kellu ragun ghal darba: ‘pajjiz tal-Mickey Mouse’ (probabli issa anke Mickey Mouse’ ser jiehu ghalih ghax ic-cucati, il-PN u l-PL jivvintawhom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s