Oil rigs f’Birżebbuġa: Gvern li jipprova jgħaddik biż-żmien

freeport.aerial viw

Mela l-gvern sema’ l-karba tal-poplu ta’ Birżebbuga dwar it-trasformazzjoni tal-Port Ħieles f’Tarżna żgħira. Jekk dan hu hekk tajjeb hafna.

Imma eżattament il-Gvern x’qiegħed jgħid?

L-istqarrija sħiħa tal-Gvern tgħid hekk:

Il-Gvern se jappella mid-deċiżjoni tal-MEPA dwar manutenzjoni fil-Freeport Il-Gvern ma jaqbilx u qed joġġezzjona għall-ħruġ ta’ permess sabiex fil-Freeport isiru operazzjonijiet ta’ manutenzjoni ta’ riggijiet taż-żejt għal perjodu ta’ sena.   Il-pożizzjoni tal-Gvern hija riflessa mill-vot kontra tar-rappreżentant tal-Prim Ministru fuq il-board tal-MEPA, l-Avukat Joseph Sammut. Il-Gvern, għalhekk inkariga lill-Uffiċċju tal-Avukat Generali sabiex minn issa, jekk tali permess joħroġ, jappella kontra dan il-permess. Permessi simili ħarġu fil-passat għal żmien qasir biex isiru xogħlijiet fuq proġetti speċifiċi ħafna. Il-Gvern ma jaqbilx li din is-sistema tiġi mibdula u li l-Freeport jingħata permess miftuħ għal dawn ix-xogħlijiet.

Aqraw sewwa dak li tgħid l-istqarrija. L-ewwel net din tgħid li l-Gvern ma jaqbilx li ħareġ permess għal perjodu ta’ sena. Imbagħad jgħid li fil-passat ħarġu permessi għal żmien qasir u li l-Gvern ma jaqbilx li din is-sistema tiġi mibdula.

Dan kollu jfisser illi m’hu veru xejn li l-Gvern sema’ dak li qed jgħidu n-nies ta’ Birżebbuġa. Pjuttost li jrid jgħaddihom biż-żmien għax jippreferi li joħroġ permess għal żmien qasir.

Issa jekk il-permess joħroġ għal żmien qasir jew għal żmien twil fil-prattika x’differenza hemm?

Gvern li jisma? Pjuttost Gvern li jipprova jgħaddik biż-żmien!

 

 

One comment on “Oil rigs f’Birżebbuġa: Gvern li jipprova jgħaddik biż-żmien

  1. “malta taghna ilkoll” jew in-nofs inhar ta’Malta hu taghna ilkoll?
    Ghandi postcard li turi xena ta’ Delimara, bla dubbju qabel ma nbniet il-power station. Din gabha habib taghna min-Norveggja !!! Niskanta kif il-PN kellu l-wicc jiegi jibkina dwar il-gass naturali meta kienu huma li kontra l-protesti taghna xorta hassrulna lil dan il-post pittoresk.
    Fuq il-kuxxjenza m’ghandi xejn ghax bil-vot tieghi urejt kif ghandek turi in-nuqqas ta’fiducja lejn dawk li kissru lil pajjizna.
    Kif qal wiehed bravu aktar minni,
    Governments run their countries. In Malta the motto is slightly different, Governments ruin the country.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s