Is-sinifikat tal-44,376 firma miġbura

empowerment

Il-firem inġabru u l-Kummissjoni Elettorali qed tagħmel il-verifiki tagħha. Dawn huma l-ewwel passi fil-proċess twil li jrid iwassal għal referendum abrogattiv biex il-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf darba għal dejjem.

Il-firem li inġabru huma talba biex dak li ma kienx kapaċi jiddeċiedi dwaru l-Parlament niddeciduh aħna l-votanti. Għax fid-demokrazija tagħna li għadha qed tiżviluppa jeżisti ukoll dan id-dritt. Ilu jeżisti imma sal-lum ħadd ma irnexxilu jagħmel użu minnu.

Tajjeb li iktar Maltin jirrejalizzaw illi l-Gvern m’huwiex omnipotenti. Hemm affarijiet (mhux kollox) li dwarhom il-posizzjoni tal-Gvern tista’ tiġi mibdula bis-saħħa tal-għodda tar-referendum.

Tajjeb li dan nifhmuh u napprezzawh. Dawk li iffirmaw il-petizzjoni biex tispiċċa l-kaċċa fir-rebbiegħa dan fehmuh u qed jagħtu kontribut kbir biex kull wieħed minna jirrealizza li l-poter finali mhux Kastilja imma fil-vot tagħna.

Dawk l-44,376 persuna li iffirmaw il-petizzjoni qed jagħtu dan il-messaġġ ċar. Dak li taħseb inti li qed taqra huwa importanti daqs dak li jaħseb il-Prim Ministru.

Grazzi mill-ġdid. Il-grazzi mhux ġej biss mingħand l-għaqdiet kollha li jiffurmaw il-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Jgħidulkom grazzi ukoll l-għasafar. Imma għad tgħidilkom grazzi Malta kollha ukoll.

Għax hu bis-saħħa tagħkom li ħafna oħrajn għad jirreajalizzaw li għandhom is-saħħa f’idejhom u għal ħafna snin ma tawx kaz.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s