Ħtieġa ta’ kalma u attenzjoni

 Gas Cloud Freeport Fairway

Madwar il-Bajja ta’ Marsaxlokk diġa hemm attivita’ diversa li hi ta’ riskju.

Matul din l-aħħar sena għadu kif għalaq l-impjant tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza. Impjant li kien imdawwar b’residenzi għal snin twal. L-impjant ingħalaq u sar wieħed ġdid f’Bengħajsa u dan wara snin kbar ta’ ilmenti.

Ġo nofs Birżebbuġa hemm l-impjant tal-fuel tal-Enemalta. Ilu hemm snin kbar. Imdawwar bir-residenzi. L-Enemalta ilha s-snin tħabbel rasha biex tagħlaq dan l-impjant. Imma s’issa għadu hemm qalb in-nies.

Hemm ukoll il-ħażna tal-fuel f’San Luċjan bejn Birżebbuġa u Marsaxlokk w il-ħażna taż-żjut fil-kumpless tal-Freeport, l-Oil Tanking.

Dawn ir-riskji diġa qegħdin hawn u dan flimkien mal-ħażna tal-fuel (HFO u gasoil) presentement użat mill-Enemalta f’Delimara.

L-istudji li diġa saru dwar l-impjant tal-gass f’Delimara jinkludu studju minn Roberto Vaccari li għalkemm huwa studju preliminari diġa juri numru ta’ diffikultajiet u riskji ġodda li l-ħażna tal-gass tista’ toħloq. Riskji li meta tieħu in konsiderazzjoni r-riskji li diġa hawn fil-Bajja ta’ Marsaxlokk ikomplu jagħmlu is-sitwazzjoni agħar milli diġa hi.

Huma riskji li pajjiżi oħra sabu tarf tagħhom billi madwar is-sors ta’ riskji joħolqu żona li fiha l-aċċess ikun wieħed limitat u ikkontrollat. Il-ħolqien ta’ żona bħal din issolvi l-problema: ma teliminax ir-riskju imma tnaqqas sostanzjalment l-impatt tiegħu.

Id-diffikulta f’Delimara hi li l-ispazju li hemm hu limitat u ma jidhirx li hu possibli li tinħoloq din iż-żona b’aċċess  limitat u kkontrollat. Għalhekk il-proposta tal-ħażna tal-gass hi waħda problematika.

Li l-Gvern jgħid illi ser jagħmel iktar studji biex jipprova jsib tarf tal-problema hu pass tajjeb.  Irridu nħarsu iktar fil-fond mhux biss lejn l-impjant propost f’Delimara, imma ukoll lejn l-impatt fuq is-sajjieda, fuq il-komunitajiet ta’ Marsaxlokk u Birżebbuga kif ukoll fuq il-Port Ħieles.

Ir-riskju li jkun hemm inċident hu wieħed żgħir u rari. Imma l-konsegwenzi jekk iseħħ l-inċident ikunu kbar ħafna. Għalhekk jeħtieg li nimxu b’kalma u b’attenzjoni kbira.

ippubblikat fuq iNews : it-Tlieta 25 ta’ Frar 2014

3 comments on “Ħtieġa ta’ kalma u attenzjoni

  1. Carm,

    Prosit tassew tal-kummenti generalment bilancjati fil-blog tiehek. Dejjem naqrom b’interess, anki jekk mhux dejjem naqbel maghhom.

    Il-problema li nara dwar id-djalettika fuq il-hazna ta’ LNG tohrog principalment minn nuqqas ta’ bilanc u/jew evalwazzjoni zbaljata tat-theddidiet potenzjali.

    Ma naqbilx mat-tezi simplistika lli s-Sahha u Sigurta huma l-unika zewg konsiderazzjonijiet li allura jipprevalu fuq follox, inkluzi l-aspetti ta’ flus u zmien. Ta’ xejn wiehed johlom xenarju ideali jekk dan mhuxiex fattibbli fuq bazi ta’ flus u ta’ zmien.

    Huwa stmat illi t-theddida ta’ ncident disastruz huwa wiehed f’10,000 sena. Matematikament dan ifisser probabbilta’ (jew riskju) tassew zghira, liema riskju huwa bazat fuq il-‘historical record’ ta’ stallazzjonijiet tal-LNG. Jien ma naqbilx ma dan in-numru. Il-lum, l-akbar riskju huwa dak ta’ att terroristiku. Fosri ghalhekk l-ibhra madwar l-impjant ta’ Livorno huma mghassa 24 x 7. Nahseb ikun ihfef li wiehed jghasses l-impjant kollu ta’ Delimara, inkluz mhuz biss il-vapur, izda anki il-power station innifshu, minn attrezzament fuq l-art (jew fil-bajja) flok minn entitajiet ohra li jghassu mill-bahar.

    Lanqas ma naqbel mal-argument illi r-riskju ta’ wiehed f’10.000 sena jfisser illi l-incident jista jsir ghada. Kull ma jfisser in-numru, huwa li r-rsikju huwa zghir hafna, u forsi insinjifikanti.

    Kieku wiehed kellu jkabbar ir-riskju aktar milli verament hu, u kellu jqieghed is-Sahha u Sikurta verament fuq kollox, allura l-konsegwenzi logici ma jibqghux reali. Kulljum iwegghu jew imutu Maltin minhabba t-traffiku li jiccirkola fil-gzejjer Maltin, kemm minn incidenti fatali kif ukoll mill-process silenzjus tat-tniggis, bil-mard respiratorju, kancer etc. li dan jikkomporta. Forsi l-Gvern messu jipprojbixxi l-karozzi privati; it-titjir ta’ ajruplani fuq it-territorju nazzjonali, ecc.

    Wiehed irid ihares lejn ir-riskji marbuta ma tibdil fix-xenarju attwali.

    Hemm riskji marbuta wkoll ma dewmien fit-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl. Ser jaghmlu hafna familji li huma fir-riskju tal-faqar? X-inhuma r-riskji fuq it-tfal li forsi ma jircevux id-djieta korretta jew l-opportunitajiet xierqa biex jevolvu f’cittadini tajba?

    Min jista jghid b’xi certezza lli l-prezz ta’ dewmien fl-implementar tal-power station proposta huwiex akbar jew anqas mill-prezz ta’ mplementar fil-hin?

    Hafna diskors, hafna spekulazzjoni, hafna ‘scaremongering’. Wisq politika partiggana. Huwa ovvju li l-Kunsill ta’ Marsaxlokk jippreferi li l-hazna tkun 20 kilometru l-boghod. Imma b’dan l-argument qatt ma jista jsir xejn. Dan kien il-kas dwar il-preferenza gusta ta’ Mintoff fil-kuntest tal-proprjeta tieghu fl-Gharix.

    Nahseb illi l-LNG huwa ferm preferibbli ghal fuels ohra. Nahseb li tnaqqis ta’ 25% fil-kontijiet jaghtu spinta lil kwalita tal-hajja tal-Maltin. Nahseb li r-riskju ta’ xi disastru huwa negligibbli (hlief ghal kas specjali ta’ attakk terroristiku). L-istat ma jistax realistakament jilqa kull theddida mmaginabbli. L-istat ghandu jipproponi, jisma, jevalwa u mbaghad jipprocedi biex jimzi fuq dik l-ozzjoni li toffri l-ahjar prospetti, anki jekk il-perfezzjoni tigi nieqsa.

    • Il-problema mhux daqstant kemm hu kbir jew zghir ir-riskju imma l-impatti tieghu fuq in-nies u fuq l-ekonomija. Ghalkemm il-probabbilta’ hi wahda zghira il-konsegwenzi jkunu enormi. Ghalhekk il-htiega ta’ studji iktar dettaljati.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s