Inġustizzji fl-armata ………… u l-Ombudsman?

army malta

Ġie konkluż rapport dwar inġustizzji fl-armata. Intqal li nstab li 60% tal-ilmenti li ġew investigati mill-Bord tal-Ilmenti li twaqqaf, kienu ilmenti ġustifikati u li allura l-Gvern issa għandu l-obbligu li jirrimedja.

Spiss nisimgħu b’ilmenti dwar l-Armata, u ma naħsibx li dawn ser jieqfu. Id-diffikulta naħseb li hi d-dixxiplina militari li wisq nibbża’ li tintuża biex taħbi l-inġustizzji.

Jiena ma naf xejn dwar l-ilmenti li ġew investigati. Naf biss dak li jgħiduli ħbieb li għandhom jew kellhom familjari fl-Armata. Jgħiduli li għad hemm iżjed ilmenti x’jiġu investigati u li probabbilment ikun hemm numru mhux żgħir minn dawk li baqa’ li jinstabu li huma ukoll ġustifikati.

Intqal lili li fi ċrieki militari huma magħrufin fatti tat-twerwir f’dak li hu trattament ta’ uffiċjali u gradi oħra minn klikka li kienet tmexxi l-Armata u li, huwa evidenti, li l-uniċi kwalifiċi ta’ din il-klikka kienu il-lejalta’ assoluta lejn il-politiċi fil-Gvern u d-dellijiet tagħhom. Jgħiduli kif kienu jissawwru career development paths u kif biex jinqabżu ċerti nies anki r-rapporti annwali tagħhom ma kienux isiru.

U tant affarijiet oħra.

Fuq dan kollu jiena nistaqsi mistoqsija sempliċi. Għaliex ħadd ma mar għand l-Ombudsman b’dawn l-affarijiet? Għax l-iktar konklużjoni li qed tinkwetani mhux li saru inġustizzji fl-Armata (dik diġa inkwetanti ħafna) imma li f’post sensittiv bħall-Armata l-uffiċċju tal-Ombudsman li twaqqaf fl-1995 qed jirriżulta li ma kienx effettiv.

Il-mistoqsija li aħna l-politiċi irridu nistaqsu hi għaliex? Huwa importanti li tinstab it-tweġiba malajr għax l-inġustizzji hu importanti li niġġieldulhom dejjem u mill-ewwel.

Advertisements

3 comments on “Inġustizzji fl-armata ………… u l-Ombudsman?

  1. Titolu daqsxejn ironiku minghajr intenzjoni, ghax fil-verita l-awtur kien imqarraq mill-ismokescreen tal-Ministru Mallia. Bhal issa hemm quddiem l-Ombudsman aktar minn ghaxar ilment minn ufficjali tal-Armata li ghandhom x’jaqsmu mal-bidliet RICENTI li saru fl-armata, bidliet il-boghod hafna mill-gustizja u l-“meritocrazija”. Il-GVERN, fil-persuna tal-Ministru Mallia, qed jinsisti li l-Ombudsman ma ghandu l-ebda dritt jindahal u ghalhekk qed jirrifjuta li jghaddi informazzjoni.

    • Le Edward. M’inix imqarraq mill-ebda smokescreen.

      Il-kumment tieghi hu li l-fatt li kien hemm numru ta’ ilmenti li gew ezaminati u li jmorru lura fiz-zmien bil-fors iqanqal mistoqsija dwar ir-rwol tal-Ombudsman.
      Dwar xiex jikkonsistu dawn l-ilmenti ma nafx. Imma l-fatt li nholqot procedura barra dik stabilita mill-ligi bil-fors hu ta’ thassib. Li minkejja dan kollu hemm min xorta mar ghand l-Ombudsman. Smajt ukoll li l-Gvern qed jaghmel min kollox biex jevita l-lenti tal-ufficcju tal-Ombudsman.
      Sadanittant il-mistoqsija originali tibqa!

  2. Ircevejt e-mail b’kumment li qed nipproduci hawn taht:

    Ghaziz Carmel

    Jiena membru fl-AFM u dak li accennejt fuqu int huwa ezatt. Partikolarment il-mistoqsija li tirrigwardja r-rwol ta min suppost kien qed jahdem biex dawn l-abbuzi ma jsirux u fejn isiru jigu irrimedjati – jigifieri l-Ombudsman.

    Biex inzid ftit ma li osservajt inti, kieku il-gustizzja ghandha ssir shiha, irid ukoll jghati/u kont l-ufficjal/i responsabbli li taht il-kmand tieghu/hom ikunu saru dawn l-abbuzi.

    Peres li din il-kontabilita tradizzjonalment ma ssirx, ufficjal jista facilment jabbuza mill-poter u jaghmel hsara mis-subordinat tieghu jew jiffavorixxi lill xi subordinat iehor ghax huwa assigurat minn impunita.

    Sa fejn naf jien, jekk xi hadd jinqabad li seraq xi haga, mhux biss irid jigi moghti sentenza (dan huwa nofs il-gustizzja) izda irid ukoll irodd lura dak li seraq.

    Jien ressaqt l-ilment tieghi fuq dan il-board u il-kaz tieghi huwa wiehed mis- sittin fil-mija li nstabu gustifikati.

    Inheggeg lilek kif ukoll lill-politikanti ohra gwardjani tad-demokrazija u tmexxija gusta bhalek biex tkomplu taghmlu pressjoni biex dan il-kaz ta malamminstrazzjoni fuq skala fonda u wiesa jigi investigat u ufficjali jigu imressqa jaghtu kont.

    Nirringrazzjak minn qalbi dejjem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s