L-iskandlu tat-tbagħbis tal-meters tal-elettriku jidher li hu wieħed kbir. S’issa issemma’ n-numru ta’ 1000 meter imma intqal ukoll li in-numru jista’ jkun ferm ikbar.
Huwa fatt, kif anke jirriżulta mid-diversi rapporti tal-Awditur Ġenerali li dejjem kien hemm ammont ta’ serq tal-elettriku. Pero huwa daqstant ieħor ċar li meta l-kontijiet (tal-elettriku) għolew b’mod esaġerat inħoloq suq ikbar għal min dejjem ifittex mod kif jisraq u japprofitta ruħu.
Kull każ ta’ serq permezz ta’ tbagħbis tal-meters kien jinvolvi ta’ l-inqas tnejn min-nies. L-ewwel nett lil min bagħbas il-meter u t-tieni lil min ħallsu.
Meta għaldaqstant qiegħed jingħad illi ser jittieħdu passi legali biss kontra min bagħbas il-meters imma li min gawda billi naqsulu l-kontijiet ser jeħlisha, qed jingħata messaġġ żbaljat.
Irridu bħala pajjiż nagħtu l-messaġġ ċar u li dwaru ma jkun hemm l-ebda dubju: li l-korruzzjoni m’hi tollerata qatt. Dak li tfisser meta ngħidu tolleranza żero. Tajjeb li tinqabad il-ħuta l-kbira imma tajjeb ukoll li nifhmu li l-ħuta l-kbira ma tistax tgħix mingħajr il-ħut iż-żgħir.
Ħadd m’għandu jeħlisha. Kulħadd għandu jerfa’ u jġorr dak li għamel. Għalhekk tolleranza żero.
Ippubblikat fuq iNews l-Erbgħa 19 ta’ Frar 2014
Jiddispjacini nghid li hemm differenza. Min japprofitta ruhu minn xi hadd li huwa mghaffeg u ma jistax jaghmel iehor, ghandu jinghata il-pieni massimi. Izda kull kaz iehor ghandu jigi kkusidrat individuwalment. Xi hadd li joqghod f’xi villa u xi hadd li joqghod f’kerrejja mhux l-istess. Min jisraq ghax bil-guh m’huwiex hati ta’ serq, izda hati min hallieh bil-guh. Dik hija l-gustizzja. Ma tistghax tghix bil-‘pound of flesh.’
Il-korrott hu korrott kemm jekk ħuta żgħira kif ukoll jekk ħuta kbira.
Min joqgħod jagħmel dawn id-distinzjonijiet jasal biex jiġġustifika kollox.
Tajjeb li l-Labour kien jipprietka t-tolleranza żero kontra l-korruzzjoni qabel l-elezzjoni. Issa li ġie biex ipoġġi dak li qal fil-prattika żelaq ma l-ewwel prova!
jien qed nifhem sew li allura min talab biex il-meter tieghu jigi imbabas mhux se jehel? dan kif? min ghen u min talab u approfitta mit-tbabis it-tnejn hatja infatti nahseb li min talab li jigi imbabas il-meter tad-dar tieghu iktar approfitta ruhu u ta dan hati ukoll u kif!!!