Ir-reshuffle ta’ Joseph Muscat

reshuffle

Probabbilment li jkun hemm bżonn illi ssir reshuffle dalwaqt u dan minħabba illi jridu jsiru numru ta’ ħatriet.

Jrid jinħatar President tar-Repubblika ġdid minn nhar l-4 t’April flok George Abela. Fil-ġimgħat ta’ wara jkun meħtieġ ukoll li jiġi nominat (jew nominata) Kummissarju għall-Unjoni Ewropeja flok Tonio Borg.

Il-ħatriet kif jaf kulħadd qatt ma jsiru biss fuq mertu jew kapaċita. Il-ħatriet huma ukoll parti mil-logħba ċess tal-politika. Huwa naive min jaħseb mod ieħor.

Il-ħatriet il-ġodda ta’ President u Kummissarju huma opportunita biex Joseph jagħmel fine tuning tal-għażliet tiegħu ta’ Marzu li għadda u fix-xhur sussegwenti.

Ix-xniegħat dwar x’tibdil jista’ jsir beda.

Interessanti li aħna u nisimgħu x’inhu jingħad naħsbu ftit dwar min għandu interess f’dawn ix-xniegħat.

L-ewwel interess huwa tal-Prim Ministru innifsu li min jaf kemm ilu jisma’ dwar x’għandu jagħmel u xi jmissu għamel. Joseph Muscat għandu kull interess li jipprova jiżen x’reazzjoni jkollu għaċ-ċaqlieq li għandu f’moħħu.

It-tieni interess huwa ta’ dawk li jew tħallew barra inkella li jixtiequ javvanzaw. Dawn ovvjament jinkludu xniegħat kontra dawk li jixtiequhom li jkunu mwarrba. Nismimgħu kliem bħal: mhux tajjeb/mhux tajba. Dak minn fejn inqala’?  Għadu ġej u jafdah daqshekk?

Il-kapaċita kif nafu, m’hiex l-unika kriterju. L-anqas neċessarjament m’hi l-kriterju ewlieni. Waħda mill-karatteristiċi ta’ Muscat hi li jfittex li jakkomoda bl-iskop li jagħlaq ħalq dak li jkun. Jiġifieri l-kriterji u l-ħsieb wara movimenti partikolari mhux neċessarjament li huma posittivi. M’hu xejn ġdid dan.

Ismijiet qed nisma’. Pero’ ma rridx nirrepetihom għax ma rridx inkun parti mil-logħba li għaddejja. Nippreferi l-lussu li nosserva.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s