Fil-but tal-BMW

German Chancellor Merkel speaks next to the new BMW i3 electric car during the official opening of the Frankfurt Motor Show (IAA) in Frankfurt

F’Ottubru li għadda Der Spiegel kienet irrappurtat illi l-familja Quandt-Klatten (li għandhom madwar 46.7% tal-ishma tal-BMW) kienu taw donazzjoni ta’ €690,000 lis-CDU, l-Partit ta’ Angela Merkel.  Din l-informazzjoni kienet waħda pubblika u Der Spiegel ħaditha minn fuq il-website tal-Parlament Ġermaniż u dan skond il-leġislazzjoni Ġermaniża dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Der Spiegel iżda ma waqfitx hawn.

Żiedet tikkummenta li din id-donazzjoni kienet ġiet fl-istess żmien li l-Gvern Ġermaniż ħa deċiżjoni li biha kien ta’ għajnuna kbira lill-industrija tal-karozzi Ġermaniżi. Dan minħabba li wara pressjoni kbira mill-Gvern Ġermaniż il-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropeja kien qabel li jtaffi l-impatt ta’ proposta għal direttiva li kienet immirata biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-karozzi. Diversi kienu ikkummentaw u qalu li Merkel kienet fil-but tal-BMW!

Dan hu wieħed minn eżempji, li bħalu hemm ħafna, li jwasslu għall-konklużjoni li min jgħum fil-flus  ġieli jipprova jixtri lill-politiċi. Jew aħjar,  ġieli jippruvaw iħallsuhom talli jkunu ħadu linja ta’ azzjoni partikolari li tkun ta’ benefiċċju għalihom.  F’Malta ukoll nisimgħu minn dawn l-istejjer, imma l-ebda waħda minnhom ma hi dokumentata bħal din l-għotja mis-sidien tal-BMW lill-partit ta’ Angela Merkel. Għax id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi f’Malta fil-parti l-kbira tagħhom baqgħu mistura, s’issa.

Il-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti u tal-politiċi f’Malta hi meħtieġa, fost oħrajn, għal dawn it-tip ta’ każi. Bir-reġistrazzjoni tad-donazzjonijiet u bl-aċċess pubbliku għal din l-informazzjoni hu possibli u probabbli li jonqsu l-każi fejn politiċi jkunu fil-but ta’ min jiflaħ jagħti donazzjonijiet sostanzjali.

Ikun hemm min jipprova jdur dawra mal-liġi, kif ġara fir-Renju Unit bl-iskandlu Cash for Honours fejn taparsi kienu qed jiġu mislufin flejjes kbar lill-Partit Laburista Ingliż bħala ħlas għal unuri tal-istat. Fil-fatt dawn ma kienu self xejn iżda donazzjoni lill-Partit.

F’Malta l-pubblikazzjoni il-ġimgħa l-oħra tal-White Paper mill-Gvern kif ukoll il-konsultazzjoni li trid issegwi huma passi tajbin il-quddiem. Issa huwa mportanti li min għandu jisma’ dak li ser jingħad jisma’ sewwa u jagħraf jieħu passi biex il-proposti li saru jkunu jistgħu jiġu imtejba.

Naraw fejn ser naslu fil-ġimgħat li ġejjin.

Ippubblikat fuq iNews it-Tlieta 11 ta’ Frar 2014

Advertisements

One comment on “Fil-but tal-BMW

  1. Xorta nahseb (bla dubju) li l partiti politici jduru mal ligi proposta u l ghotjiet jinghataw lill entity li jkollhom il control il partiti min flok lill partiti direttament. U b’hekk inkunu ghamilna kollhox ghal wirja biss. Xejn gdid fil kamp politicu taz zewg partiti l kbar. Soluzzjoni? Ikxfu wkoll ‘donazzjonijiet’ fejn il partiti jew id dirigenti taghhom ghandhom sehem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s