Tgħid nitgħallmu mill-iżbalji?

malta passport

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Gvern u l-Kummissjoni Ewropeja waslu għal ftehim dwar l-iskema ta’ ċittadinanza.

Il-bieraħ fil-għaxija tħabbar li wara diskussjonijiet kien hemm qbil li l-iskema ta’ ċittadinanza ser tkun emendata biex tinkludi l-obbligu ta’ residenza ta’ sena. Dan hu tibdil radikali għall-iskema u jagħmel l-iskema kompletament differenti.

Ser ikun hemm min jargumenta dwar jekk sena huwiex perjodu qasir. Bħal dejjem hemm argumenti validi li jiġġustifikaw attitudni bħal din. Ser jibqa’ min hu kontra l-iskema fil-prinċipju. L-istess bħalma hemm min hu tal-fehma li tul is-snin l-għoti taċ-ċittadinanza b’mod ġenerali illaxkat ħafna.

L-iżball fundamentali tal-Gvern fil-proċess kollu kien li għaġgel u dam biex fehem il-ħtieġa tal-konsultazzjoni. Il-ħin li jintuża fil-konsultazzjoni mhuwiex ħin moħli. Huwa ħin li fih tista’ tifhem aħjar kif jaħsibha ħaddieħor. Bil-konsultazzjoni, proposta tajba issir aħjar filwaqt li proposta ħażina jkollok ċans tibdilha.

Sfortunatament l-iżbalji li saru mill-Gvern u r-reazzjonijiet kultant sproporzjonati tal-Opposizzjoni, t-tnejn li huma, ser jissarfu inevitabilment fi ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta. Hemm bżonn li nitgħallmu minn dawn l-iżbalji.

Nistennew ħalli naraw id-dettalji tal-iskema kif emendata.

Advertisements

One comment on “Tgħid nitgħallmu mill-iżbalji?

  1. Din ta hsara irreparabbli lil Malta hija sproporzjonata minnha nfiha! Ma nkunux irragonevoli! Fid-dinja ta’ llum jekk ikollok ragun u jkollok intenzjoni tajba biex tghin u ma twerzaqx u taghmel hoss jghaddu minn fuqek bhal romblu ta’ l-asfalt!
    Ir-rejazzjoni tal-PN kienet hazina u mhux bil-ftit sproporzjonata. Il-PN ried biss jiddiskredita lil PM u lil PL. Izda ma rnexxilux. Ir-rejazzjoni pozittiva u l-kliem ta’ nkoraggiment u sabih tal-Kummissjoni wara l-ftehim juri mhux biss apprezzament lil Prim Minsitru Malti u l-Gvern tieghu, izda tghalima ‘between the lines’ lill-Oppozizzjoni li l-mod kif hadmet huwa dispreccativ u ma jixraqx lil pajjiz Demokratiku Ewropew. Min ghandu widnejn jisma’ u jirrejagixxi billi jdawwar it-triq tal-qerda

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s