Il-gass għal Delimara: nħarsu s-saħħa u s-sigurta tar-residenti

Delimara.gas terminal

Il-ħidma biex il-ġenerazzjoni tal-elettriku ma tibqax bl-użu ta’ żejt li jħammeġ (Heavy Fuel Oil) iżda bil-gass, minn dejjem kienet appoġġjata minn-Alternattiva Demokratika.

Kwalita’ aħjar tal-arja u traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma l-konsegwenzi diretti ta’ dan il-pass.

F’dawn il-ġranet għaddejja d-diskussjoni dwar l-istudju fuq l-impatt ambjentali ta’ dan il-proġett. Hemm qbil ġenerali fuq ħafna mill-kontenut ta’ dan l-istudju.

Mill-istudju dwar l-impatt soċjali tal-power station bil-gass iżda, toħroġ b’mod ċar il-preokkupazzjoni tar-residenti ta’ Marsaxlokk għall-ħażna tal-ġass fuq opra tal-baħar speċjalizzata (floating gas storage facility). Huwa stmat li 91% tar-residenti ta’ Marsaxlokk ma jaqblux li l-gass għall-użu tal-power station jinħażen ġol-Bajja ta’ Marsaxlokk.

L-istudju ippreżentat dwar ir-riskju li l-ħażna tal-gass fil-Bajja ta’ Marsaxlokk, biswit il-power station u faċċata r-raħal ta’ Marsaxlokk, ma jikkonvinċi lil ħadd. In-nies m’hiex konvinta illi r-riskju għal saħħithom, għal ħajjithom u għall-propjeta’ tagħhom hu wieħed minimu. Mhux konvinti li r-riskju hu wieħed minimu. Mhux konvinti li r-riskju hu aċċettabbli.

Kien għalhekk f’waqtu dak li qal il-koordinatur tal-EIA li ser isir studju iktar approfondit tar-riskji involuti. Huwa tajjeb li ser isir dan l-istudju addizzjonali imma hu meħtieġ ukoll illi ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla  qabel ma jkun konkluż dan l-istudju.  Għax sakemm ma jkunx konkluż studju konvinċenti, l-anqas temporanjament m’hu aċċettabbli li l-ħażna tal-gass għall-użu tal-power station tkun ġol-Bajja ta’ M’Xlokk.

Waqt il-konsultazzjoni pubblika ta’ nhar it-Tnejn intqal illi l-Enemalta m’għandiex flus għal soluzzjonijiet oħra, li jiswew ferm iktar kif ukoll li jieħdu iktar żmien biex jitwettqu.

Il-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tar-residenti ta’ M’Xlokk u Birżebbuġa kif ukoll is-sigurta’ tagħhom u ta’ ħwejjiġhom huma importanti iktar minn kollox, inkluz mill-flus li jkun meħtieġ illi jintefqu għall-proġett. Nittama biss li qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet ikollna f’idejna l-studju li jgħarbel sewwa r-riskji u dan biex ħadd ma jibqagħlu iktar dubji.

Alternattiva Demokratika ilha żmien tgħid li din hi d-diffikulta unika u reali tal-proġett tal-Power Station f’Delimara li jaħdem bil-gass. Is-saħħa u s-sigurta’ tar-residenti jiġu qabel kollox.

ippubblikata fuq iNews l-Erbgħa 29 ta’ Jannar 2014

Advertisements

2 comments on “Il-gass għal Delimara: nħarsu s-saħħa u s-sigurta tar-residenti

  1. Li ma fhimtx hu illi l-Enemalta qalet illi m’għandhiex flus u ħin għall-soluzzjonijiet oħra. Mela dina l-power station ser tibniha l-Enemalta ? U ser ikollna xi kriżi tal-enerġija jekk il-power station tittardja ma tinbena bil-power station tal-BWSC u l-interconnector ? Nixtieq xi ħadd jedukani għax ma nifhiemx.

    • L-Enemalta qed tikkonkludi ftehim ma min tefa’ t-tender. Ovvjament il-kundizzjonijiet tat-tender u l-offerta innifsha fihom il-limitazzjonijiet dwar x’ser jonfoq min ha l-offerta. Spejjes lil hin minn dawn il-limiti thallashom l-Enemalta!

      Soluzzjonijiet ohra jirrikjedu l-hin biex ikunu imfassla u mwettqa. Hemm “time limits” li jaghmlu dan difficli!

      Li l-Enemalta la ghandha hin u l-anqas flus intqal minn ufficjal ta’ l-Enemalta waqt il-konsultazzjoni pubblika!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s