Il-gimmick ta’ Simon Busuttil

Busuttil-Muscat

Il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta bl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza imfassla minn Joseph Muscat u l-konsulenti tiegħu Henley and Partners hi waħda kbira.

Il-bieraħ Simon Busuttil kompla żied ma din il-ħsara billi ddikjara li ser imur il-Qorti u jippreżenta protest ġudizzjarju kontra l-Gvern u kontra Henley and Partners. F’dan il-protest ġudizzjarju Busuttil fi ħsiebu jibqa’ jemfasizza illi meta l-PN ikun fil-Gvern hu determinat illi lil dawk li jkunu xtraw iċ-ċittadinanza jeħodilhom lura.  Dikjarazzjoni ta’ din ix-xorta minn Simon Busuttil tfisser li l-PN taħt Simon Busuttil jiġi jaqa’ u jqum mid-drittijiet tal-bniedem. Simon Busuttil jaf li dak li qed jgħid ma jistax jagħmlu. Jaf li ma jistax b’daqqa ta’ pinna jħassar id-drittijiet akkwistati anke jekk għandu raġunijiet validi li minħabba fihom ma jaqbilx mal-liġi li ħolqot dawk id-drittijiet.

Din id-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil hi tebgħa kerha fuq il-PN. Busuttil fil-ġimgħat li għaddew iġġustifika dan billi qal li għandu parir legali f’dan is-sens. Busuttil imissu jippubblika l-parir li qed jgħid li għandu kif diġa għamel il-Gvern meta ippubblika l-parir tal-Avukat tar-Repubblika.

Li Simon Busuttil jinsisti li l-Gvern ta’ Muscat jibdel drastikament l-iskema hu tajjeb. Li jikkompeti miegħu dwar min minnhom jagħmel l-iktar ħsara hu tal-biki.

Advertisements

4 comments on “Il-gimmick ta’ Simon Busuttil

  1. Ma naqbel xejn mal-posizzjoni ta’ AD. Illi ssir ċittadin Malti wara illi tħallas somma flus u tosserva xi kundizzjonijiet oħra m’hu tutelat mill-ebda dritt tal-bniedem. il-Parlament dejjem jibqa’ sovran u jista’ jbiddel il-liġi. Fi kwalunkwe każ, il-liġi attwali diġa tipprovdi għar-revoka taċ-ċittadinanza f’numru ta’ sitwazzjonijiet, inkluż jekk wieħed ma jkunx jirrisjedi f’ Malta għal numru ta’ snin.

    Bil-protest legali illi ser jiġu notifikati, Henley & Partners ikunu qed jonqsu bil-kbir fil-konfront tal-klijenti tagħhom jekk ma javżawhomx illli hemm possibilità reali illil-passaport illi ser jakkwistaw jista’ jiġi revokat. M’hemm xejn ħażin illi wieħed jagħti avviso ai naviganti. Altru milli drittijiet tal-bniedem !

    • Dr Ellis :
      Ħadd m’hu qiegħed jgħid li l-Parlament m’għandux dritt li jħassar jew jemenda liġi li tkun saret.
      Li qiegħed jingħad hu li min ikun laħaq ħa ċ-ċittadinanza taħt l-iskema li qed jipproponi l-Gvern tal-lum ma tistax b’daqqa ta’ pinna toħodilu lura. Veru li hemm kundizzjonijiet li kull ċittadin għandu josserva u li f’każ ma josservahomx ikun qed jipperikola ċ-ċittadinanza li jkun xtara.
      Dan qed jingħad in vista tad-dikjarazzjoni ta’ Dr Simon Busuttil li bil-PN fil-Gvern mhux biss iħassar il-liġi (materja li jista’ jagħmel) imma ukoll jieħu lura iċ-ċittadinanza lil kull min ikun laħaq xtraha, ħaġa li ma jistax jagħmel mingħajr konsegwenzi gravi.

  2. Min japplika għaċ-ċittadinanza bi ħlas għandu jkun jaf illi qiegħed jipparteċipa fi skema ta’ legalita’ dubjuża u qed jagħmel hekk a riskju tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi, l-AD m’hix tirrealizza illi ħadd m’għandu dritt uman illi jkollu ċittadinanza kontra pagament. Altrimenti ċ-ċittadinanza tiġi meqjusa bħala oġġett kummerċjali kwalunkwe illi ċertament m’huwiex il-każ. Jekk xi “ċittadin” isofri xi danni, għandu jfittex lil Henley & Partners jekk ma jkunux fetħulu għajnejh meta applika. Jekk ikunu fetħulu għajnejh, allura r-riskju ħadu hu u m’għandhux jippretendi kumpens. Għaldaqstant naqbel perfettament mal-ideja ta’ protest legali ħalli l-protagonisti kollha jkunu jafu x’inhi l-posizzjoni tagħhom.

    • Id-dritt mhux li jkollok ic-cittadinanza, imma li galadarba jkollok hadd ma ghandu d-dritt li jcahhdek minnha.

      Il-protest legali tal-PN kien gimmick. Bih il-PN kompla jikkompeti mal-Labour dwar min minnhom jaghmel l-izjed hsara lir-reputazzjoni tal-pajjiz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s