Viċin Malta: qerda tal-armi kimiċi Sirjani

destruction site.Syria chemical weapons

L-istampa internazzjonali irrappurtat li kimiċi maħżuna fis-Sirja bħala parti mill-armamenti kimiċi tal-pajjiż li diġa ġew in parti użati kontra l-popolazzjoni ċivili ser ikunu distrutti f’ibħra internazzjonali fil-Mediterran.

Mill-mappa li tidher hawn fuq, ippubblikata mill-BBC jidher ċar li din l-operazzjoni għalkemm ser issir fl-ibħra internazzjonali ser iseħħ mhux il-bogħod minn Malta. 

Il-kimiċi ser ikunu distrutti madwar 300 kilometru fix-Xlokk  ta’ Malta fuq il-vapur Amerikan MV Cape Ray. Din hi operazzjoni li hi ippjanata li tkun konkluża sa Ġunju li ġej.

Fil-waqt li m’għandix dubju li qed jittieħdu l-prewkazzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni tal-baħar hi hu issir l-operazzjoni jkun għaqli li nkunu infurmati jekk il-Gvern Malti ġiex ikkonsultat.

Il-baħar hu parti importanti mill-għejxien ta’ dan il-pajjiż u għalhekk il-materja hi ta’ interess pubbliku.

Advertisements

2 comments on “Viċin Malta: qerda tal-armi kimiċi Sirjani

  1. Jekk il-gvern prezenti jipprova jaghmel xi haga bhal IIP jew il-kacca fir-Rebbiegha iqumu l-irwiefen kollha jikkundannaw. Ghal dan l-agir irrisponsabbli kulhadd kwiet. Giex ikkunsultat il-gvern Malti jew le m’hix il-kwistjoni. Hawn daqshekk ibhra u ocejani fid-dinja, ‘l boghod minn kull pajjiz, proprju hdejna u f’bahar kwazi maghluq tal-mediterran, iddecidew is-superpotenzi biex iwaddbu dawn il-bombi daqshekk perikoluzi? Fejnhom dawk li joqomsu daqshekk dwar l-ghasafar u l-ambjent? Se jingabru firem kontra dan il-bullying?

    • Dr Grech-Attard: nahseb li ghadek ma fhimt ezatt x’ser nigri. Il-kimici mhux ser jinqerdu gol-bahar izda fuq il-vapur. Hu importanti jekk il-Gvern Malti giex ikkonsultat ghax f’konsultazzjoni ta’ din ix-xorta l-Gvern jinghata l-informazzjoni preciza ta’ x’ser jigri. Il-pubbliku ghandu dritt li jkun infurmat ukoll.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s