Wara l-40,000 firma: issa x’imiss?

40000

 

Il-firem għadhom deħlin. L-40,000 firma fil-fatt inqabżu. Kemm ser tkun iċ-ċifra finali naraw meta inkunu ikkonkludejna.

Issa x’jmiss qed jistaqsu bosta?

Preżentement qed nivverifikaw l-informazzjoni kollha li ġiet imniżżla fil-formoli. B’mod partikolari biex naraw kemm hemm firem doppji kif ukoll jekk hemmx min iffirma imma ismu ma jidhirx fl-aħħar reġistru elettorali. Il-process jieħu ż-żmien iżda diġa wasalna nofs
triq.

Meta jkunu saru il-verifiki kollha jkun assigurat li n-numru ta’ firem li nġabru jaqbeż n-numru mitlub mill-liġi. Jiġifieri jkun hemm mhux inqas mkinn 33,418-il firma validi : dawn jammontaw għal 10% ta’ dawk li isimhom jidher fl-aħħar reġistru elettorali.

Wara nimxu għall-pass li jmiss, jiġifieri li nippreżentaw lill-Kummissjoni Elettorali l-firem kollha miġbur. B’hekk jinbgħata bidu għat-tieni fażi tal-proċess li jwassal mill-verifiki li jsiru mill-Kummissjoni Elettorali sa dak-il jum li fih il-Qorti Kostituzzjonali tordna biex ir-referendum isir.

Din il-fażi tiġbor fih l-passi li jmiss :

1)      Ħmistax-il ġurnata biex il-Kummissjoni Elettorali tagħmel il-verifiki u tinforma lill-Qorti Kostituzzjonali

2)      Jumejn biex ir-Reġistratur tal-Qorti Kostituzzjonali joħroġ avviż li permezz tiegħu javża li irċieva talba għal referendum abrogattiv

3)      Mal-avviż tar-Reġistratur tal-Qorti Kostituzzjonali jibda l-perjodu ta’ tlett xhur li fih jistgħu ikunu sottomessi oġġezzjonijiet minn kull persuna li isimha tidher fir-reġistru elettorali.

4)      Wara l-Qorti Kostituzzjonali tgħaddi biex tieħu deċiżjoni u tagħti ordni biex isir (jew ma jsirx jekk tilqa’ xi oġġezzjoni) ir-referendum. Din tieħu madwar xahrejn.

Advertisements

7 comments on “Wara l-40,000 firma: issa x’imiss?

  1. I think, it is not worth the effort and money spent, for the cause of stopping hunting just in Spring. I think the general public will just not bother to vote in favour or against because people are so busy with their daily life that they really bother about more tangible issues rather than issues that are blown up out of proportion.

  2. I CARE LO, I WILL GO TO VOTE, I AM GLAD I WAS ONE OF THE 40000. WILL ALL THAT LONG PROSES BE READY BY MAY SO IT WILL BE INCLUDED IN THE MEP ELECTION.

  3. allura jekk xi numru ta kaccaturi jogezzjonaw dawn jistghu jwaqfu t-talba taghna wara li gbarna tant firem? ghax qisni ma fhimtx dwar dan il-punt li ssemma issa!!!

    • Il-ligi dwar ir-referendum taghti d-dritt li jkunu ipprezentati oggezzjonijiet. L-oggezzjinijiet ma jistghux ikunu ipprezentati fuq ragunijiet kapriccjuzi. Hemm izda ragunijiet ezatti fil-ligi li dwarhom hu possibli li jkun hemm referendum. Per ezempju: jekk in-numru tal-firem ikun inqas minn dak mitlub mil-ligi tista’ tkun ipprezentata oggezzjoni. Hemm ukoll xi ragunijiet ohra. Ghada nispjeghom f’artiklu iehor.

  4. I care a lot about this issue and I hope many more animal lovers and citizens become conscious of the need to care about this matter.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s