Il-firem għadhom deħlin. L-40,000 firma fil-fatt inqabżu. Kemm ser tkun iċ-ċifra finali naraw meta inkunu ikkonkludejna.
Issa x’jmiss qed jistaqsu bosta?
Preżentement qed nivverifikaw l-informazzjoni kollha li ġiet imniżżla fil-formoli. B’mod partikolari biex naraw kemm hemm firem doppji kif ukoll jekk hemmx min iffirma imma ismu ma jidhirx fl-aħħar reġistru elettorali. Il-process jieħu ż-żmien iżda diġa wasalna nofs
triq.
Meta jkunu saru il-verifiki kollha jkun assigurat li n-numru ta’ firem li nġabru jaqbeż n-numru mitlub mill-liġi. Jiġifieri jkun hemm mhux inqas mkinn 33,418-il firma validi : dawn jammontaw għal 10% ta’ dawk li isimhom jidher fl-aħħar reġistru elettorali.
Wara nimxu għall-pass li jmiss, jiġifieri li nippreżentaw lill-Kummissjoni Elettorali l-firem kollha miġbur. B’hekk jinbgħata bidu għat-tieni fażi tal-proċess li jwassal mill-verifiki li jsiru mill-Kummissjoni Elettorali sa dak-il jum li fih il-Qorti Kostituzzjonali tordna biex ir-referendum isir.
Din il-fażi tiġbor fih l-passi li jmiss :
1) Ħmistax-il ġurnata biex il-Kummissjoni Elettorali tagħmel il-verifiki u tinforma lill-Qorti Kostituzzjonali
2) Jumejn biex ir-Reġistratur tal-Qorti Kostituzzjonali joħroġ avviż li permezz tiegħu javża li irċieva talba għal referendum abrogattiv
3) Mal-avviż tar-Reġistratur tal-Qorti Kostituzzjonali jibda l-perjodu ta’ tlett xhur li fih jistgħu ikunu sottomessi oġġezzjonijiet minn kull persuna li isimha tidher fir-reġistru elettorali.
4) Wara l-Qorti Kostituzzjonali tgħaddi biex tieħu deċiżjoni u tagħti ordni biex isir (jew ma jsirx jekk tilqa’ xi oġġezzjoni) ir-referendum. Din tieħu madwar xahrejn.