L-Iżvilupp sostenibbli

350px-sustainable_development_svg

Meta nitkellmu dwar żvilupp sostenibbli nkunu qed ngħidu li dan l-iżvilupp m’huwiex biss tajjeb fih innifsu, imma li hu tajjeb ukoll meta tqies l-impatti kollha tiegħu: l-impatti soċjali, l-impatti ekonomiċi u l-impatti ambjentali. L-iżvilupp sostenibbli hu wieħed li l-ħarsa tiegħu twassal fit-tul, lil hinn mil-lum.

Aħna l-bnedmin ukoll niffurmaw parti minn eko-sistema. Jiġifieri sistema ekoloġika bbilanċjata, fejn kull element li jifforma parti minnha għandu rwol importanti. L-insett, id-dudu, l-fjura, l-għasfur, il-ġurdien, il-ħmar u l-bniedem ilkoll kemm huma jiffurmaw parti mill-istess eko-sistema li darba kienet ibbilanċjata. Jagħmlu użu ukoll mill-istess serviżżi u riżorsi li tipprovdi n-natura: bħat-temp, l-ilma, l-baħar u l-arja.

Il-bniedem hu parti min-natura, mhux kmand tan-natura.

L-iżvilupp sostenibbli jirrispetta dan kollu. Jirispetta l-fatt li n-natura mhiex tal-bniedem biex jilgħab biha kif irid u kif jogħġbu. L-iżvilupp sostenibbli hu żvilupp responsabbli li jqis sewwa l-impatti tiegħu minn qabel u dejjem.

B’mod partikolari l-iżvilupp sostenibbli iqis l-impatti fuq il-ġenerazzjonijiet li għadhom ma twieldux. Fil-waqt li hemm min jirraġuna “għada min rah?” u jaħdem u jmexxi daqslikieku għada mhux ġej, l-iżvilupp sostenibbli jfisser imġieba kompletament differenti.

Biex l-iżvilupp ikun sostenibbli jeħtieġ li jagħti każ tal-piż li dan jitfa mhux biss fuq il-ġenerazzjonijiet tal-lum li jistgħu jiftħu ħalqhom u jitkellmu, imma ukoll fuq il-ġenerazzjonijiet ta’ għada li m’għandhomx leħen. Huwa meħtieġ għaldaqstant, li fid-deċiżjonijiet li nieħdu llum nagħtu każ ta’ kif jistgħu jintlaqtu mhux biss il-ġenerazzjonijiet tal-lum, imma ukoll dawk ta’ għada. Fi ftit kliem irridu nippjanaw fit-tul u nqiesu sewwa l-effetti tad-deċiżjonijiet kollha li nieħdu illum fuq il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu  warajna.

Dan hu l-mod responsabbli kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. Dan hu l-bażi tal-iżvilupp sostenibbli.

ippubblikat fuq iNews : it-Tnejn 6 ta’ Jannar 2014

Advertisements

One comment on “L-Iżvilupp sostenibbli

  1. Tifsira qasira u f’lokha ta’ x’inhu żvilupp sostenibbli.
    Illum ħafna jużaw il-kelma “sostenibbli” kif ġie ġie, jew agħar minn hekk, kif jaqbel lilhom. Nisimhu kapijiet ta’ banek, politiċi u saħansitra żviluppaturi jużaw din il-kelma.
    Saret buzzword.
    Imma qabel ma dak li beħsibna nagħmlu nsejjħulu sostenibbli, jeħtieġ li naraw x’inhuma l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s