L-iżball tal-Ministru George Vella

George Vella 5

George Vella hu persuna valida. Għandu l-ideat tiegħu. Ħadem favur tagħhom biex jara politika aħjar. L-affarijiet mhux dejjem ġew kif xtaq. Għandi kull rispett lejh. Diġa ktibt dwaru xi drabi oħra fuq dan il-blog.

Fl-intervista riċenti li kellu fuq is-CNN, George Vella bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin qabad il-problema tal-immigrazzjoni irregolari minn sieqha.

Il-kundizzjonijiet fil-kampijiet tal-immigranti huma fatt. Ir-rewwixti f’dawn il-kampijiet huma fatt ukoll. Pero’ dawn m’humiex il-problema.

Il-problema hi waħda: sempliċi u ikkumplikata fl-istess ħin.

Ir-regoli interni tal-EU magħrufa komunement bħala l-Konvenzjoni ta’ Dublin, jew Dublin II wara xi emendi żgħar li kienu sarulha, ma jippermettux illi refuġjat jiċċaqlaq mill-pajjiż tal-EU li fih ikun niżel l-ewwel darba. Biex dawn ir-regolamenti jinbidlu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Gvernijiet membri tal-EU.

Biex jitnaqqas il-piż minn fuq Malta, Lampedusa (u l-Italja), kif ukoll minn fuq pajjiżi oħra li jkunu effettwati minn żmien għal żmien jeħtieġ li dawn ir-regoli ta’ Dublin jinbidlu.

Il-Ħodor Ewropej (European Greens), wara diskussjoni interna li fiha Alternattiva Demorkatika tat kontribut kbir jaqblu li dawn ir-regoli għandhom jinbidlu u dan biex tkun iffaċilitata l-qsim tar-responsabbilta’ (responsibility sharing) bejn il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropeja.

Martin Schultz, il-Kandidat Soċjalista għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropeja iddikjara diġa li jaqbel ma dan.

Imma l-Gvernijiet Ewropej għadhom ma qablux.

X’għamel George Vella biex ta’ l-inqas jikkonvinċi lill-Gvernijiet immexxija mis-Soċjalisti?

Din hi l-probelma reali Dr Vella. Mhux aħjar tmidd għonqok għax-xogħol?

Naf li iebsa ħafna. Imma hi l-unika triq. Dejjem aħjar mill-paroli vojt u bla sens.

4 comments on “L-iżball tal-Ministru George Vella

  1. nahseb aqta kemm hdimtu barra min malta sur coccopardo….istra gabukom fuq l ahbariejiet ta. u halluna guys try to grow up inkella lanqas ghal pressure group ma tkunu tajbin

    • Sur Zammit:
      Meta ma jkollokx idea dwar dak li qed titkellem fuqu iktar tagħmel ġid jekk tibqa’ b’ħalqek magħluq.
      Ċertament m’inti tagħmel l-ebda ġid lil dawk li mingħalik li qiegħed tiddefendi.
      Is-sena t-tajba.

  2. U l-EU mhux ga qalet m’ilux li ma tridx tbiddel Dublin 2!!?? GonziPN, inkluz Simon Busuttil, ivvota favura flok ipprova jimblukkaha. Issa ha jehel Gorg Vella? Gorg Vella kull ma jista’ jaghmel bhalissa huwa li jipprova jirranga s-sitwazzjoni tal-biki fil-kampijiet ta’ l-emigranti irregolari, mhux Malta biss, izda aktar u aktar l-Italja. Issa meta jkun hemm il-presidenza Taljana forsi l-affarijiet jiccaqalqu ahjar. Jekk il-PN jahdem id f’id mal-gvern almenu fuq dan, flok jipprova l-hin kollu jiskura l-gvern, forsi nibdew! L-izball GonziPN ghamlu!

    • Il-problema tal-immigrazzjoni ma ħoloqiex George Vella. Il-problema ta’ George Vella hu l-paroli fil-vojt.
      Naqblu li l-Gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-EU ma jridux jibdlu r-regoli ta’ Dublin II.
      Issa kif taf, Dr Grech-Attard, dawn il-Gvernijiet huma immexxija fil-parti l-kbira tagħhom minn partiti ħbieb jew tal-Labour inkella tal-PN.
      It-talba ta’ Malta li l-pajjiżi membri tal-EU jaqsmu ir-responsabbilta għall-immigranti ma’ Malta hi ġustifikata imma ma tistax titwettaq mingħajr ma jkun hemm bdil fir-regoli Dublin II.
      Qabel Marzu 2013 ma qablux ma Gonzi, wara Marzu 2013 m’humiex jaqblux ma Muscat. It-theddid ta’ Muscat dwar push-back fis-sajf li għadda u l-paroli vojt l-ieħor kollu ma sewa għal xejn. Għax fis-sustanza ma inbidel xejn. Dik hi ir-realta’.
      Il-PN u l-PL ma irnexxilhomx jikkonvinċu lill-partiti ħbieb tagħhom fl-Ewropa dwar l-emendi meħtieġa għal Dublin II. Imma l-Partiti l-Ħodor qablu lkoll li Dublin II hemm bżonn li jinbidel biex Malta u pajjiżi oħrajn ikunu mgħejjuna jerfgħu l-piż dettat mill-ġografija.
      Nittama li dan tifhmu Dr Grech-Attard.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s