Grazzi Sur President

George Abela 03

Niżilli għasel id-diskors tal-bieraħ, lejliet il-Milied, tal-President tar-Repubblika, fejn tkellem dwar il-ħtieġa li nifhmu iktar l-impenn tagħna l-Maltin favur is-solidarjeta.

Il-President Abela, kif inhu xieraq, kien meqjus fi kliemu. Uża l-opportunita biex min għandu sens li jifhem jifhem. Dawk kollha li huma fil-ħajja pubblika għandna l-obbligu li iffaċċjati bil-kriżi tal-immigrazzjoni mill-baħar ma nirrikorrux għall-populiżmu.

Din kienet sena fejn kellna min rewwaħ il-mibgħeda razzjali. Kellna min ipprova jirkeb il-kultura tal-indifferenza li qed tittrasforma liċ-ċentru tal-Mediterran f’ċimiterju.

Kliem il-President Abela hu f’waqtu.  Tajjeb li nippriedkaw is-solidarjeta, iżda meta jiġi l-waqt għandna l-obbligu li nipprattikawha ukoll. U l-ewwel pass hu li ħadd ma jrewwaħ għas-sentimenti ta’ mibgħeda razzjali.

Grazzi, Sur President. Il-Milied it-tajjeb.

One comment on “Grazzi Sur President

  1. Tassew ghandek ragun perit. Izda mibeghda personali hija hazina daqs mibgheda razzjali. Allura wiehed ghandu jkun ‘meqjus fi kliemu’ anke meta jikteb dwar certi mexxejja tal-pajjiz, u mhux nikkwotaw fejn jaqblilna. Ma hemmx ghalfejn nittimbraw lil hadd b’affarijiet li nahsbu u mhux bil-fatti. One needs to practice what one preaches, jekk irridu nkunu gusti u kredibbli. Il-festi t-tajba lilek u lill-qrabatek!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s