Żmien il-bużullotti għadu magħna

paramount coaches

Fil-qasam tat-transport pubbliku, minkejja l-paroli w it-tejatrin, żmien il-bużullotti għadu magħna. Jekk hux ser idum jew le għad irridu naraw.

Wasalna sa hawn għax il-Gvern ta’ Gonzi kellu fiduċja f’esperti li ma jifhmux u f’Ministru li jeċċella fil-bluff.

It-Trasport Pubbliku falla diversi snin ilu u r-riforma tiegħu kienet teħtieġ attenzjoni u sensittivita. It-tnejn li huma kienu nieqsa mir-riforma li wikkewlna. Għax filwaqt li kien hemm titjib fil-kwalita’ tal-karozzi tal-linja użati din ma kienitx riflessa ukoll fil-kwalita’ tas-servizz.

Il-puntwalita’, li f’diversi lokalitajiet kienet l-unika ħaġa tajba fis-servizz l-antika tat-trasport pubbliku, kienet l-iktar ħaġa li spikkat. Issa l-puntwalita’ hi l-iktar ħaġa bażika fis-servizz pubbliku. Flimkien mal-firxa tas-servizz hi l-iżjed fattur essenzjali li a bażi tagħha n-nies tagħżel li titlaq il-karozza privata d-dar.

Il-kejl tas-suċċess tat-trasport pubbliku m’huwiex biss li dan ikun ta’ kwalita’ iżda fuq kemm jirnexxilu jħajjar lin-nies jagħmlu użu minnu. It-tnaqqis tat-traffiku mit-toroq, għaldaqstant hu wieħed mill-modi kif nistgħu inkejlu s-suċċess jew le tat-trasport pubbliku. Jekk dan iseħħ inkunu nistgħu ngħidu li qed noqorbu lejn soluzzjoni. Jekk le, żmien il-bużullotti jibqa’ magħna.

Advertisements

2 comments on “Żmien il-bużullotti għadu magħna

  1. Is-soluzzjoni tax-xarabanks QATT MA KIENET li x-xarabanks u l-kumpannija li tmexxihom tinbidel.
    Il-vera soluzzjoni tinsab fil-holqien ta trasport pubbliku ALTERNATTIV bhal ma hija l-“Underground”. B’ Underground tahdem tajjeb it-transport tax-xarabanks kien ikollu jhitjieb wahdu…..inkella jfalli. Ma kienx hemm bzonn ebda tijatrini ohra

  2. Imma sistema underground tiehu snin biex tibda tiffunzjona (planning, ricerka, tendering, kostruzzjoni etc) anki jekk b’xi miraklu il-politikanti jiddeciedu li jghamluha illum. Fil-frattemp irridu ntejbu sew is-sistema tax-xarabanks. Imma dawn ma jistghux jiffunzjonaw sew jekk ma jkunx hawn bizzejjed minnhom u ma jkunx hawn traffic jams ghax inkella Caw caw puntwalita. Biex ma jkunx hawn traffic jams irridu verament inhajru lil min dara juza karozza biex jaqleb ghal transport publiku. U biex dan isehh irridu wkoll bus shelters ta’ veru li verament jipprotegu lin-nies mill-elementi ta’ xita, rih u xemx taqli.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s