Daqqa ta’ ħarta oħra

whisky on the rocks

L-aġir tal-Maġistrat Carol Peralta nhar il-Ħamis hu daqqa ta’ ħarta oħra għall-Qrati. Huwa ta’ sfortuna kbira li l-ħidma ġenwina ta’ ħafna biex il-Qrati jiksbu kura l-fiduċja tan-nies issib persuna bħal Peralta li għal darba oħra jwaqqa’ l-Qrati għaż-żuffjett.

Mhux l-unika wieħed tul is-snin li bl-imġeba tiegħu kisser ix-xogħol tajjeb li għamlu bosta.

Imma bħal dejjem il-party ta’ Peralta li ser jibqgħu jiftakru in-nies.

Il-ġurnalist tat-Times Ivan Martin li mar jinvestiga u għamel xogħolu għamel sewwa. Imma l-Maġistrat sfortunatament jidhirlu li mhux biss hu il-fuq mill-Liġi imma li m’għandux ikun soġġett għall-iskrutinju pubbliku.

Ġaladraba l-Magistrat Peralta jidhirlu li mexa sewwa u bl-iktar mod arroganti ser jibqa’ għaddej ma nafx x’inhu jistenna l-Prim Ministru biex iressaq mozzjoni fil-Parlament ħalli Peralta jitneħħa minn Maġistrat immedjatament.

Il-Qrati  tagħna jixirqilhom aħjar.

Advertisements

2 comments on “Daqqa ta’ ħarta oħra

  1. Il-qrati ilhom sejrin lura almenu minn mindu il-prim imhallef gie misjub hati ta’ korruzzjoni. Hemm ukoll il-gvern ta’ dik inhar m’ghamilx dmiru u ikkalma dik is-sitwazzjoni kemm felah! Il-huta minn rasha tinten.
    X’;inhu jistenna Simon Busuttil biex iressaq mozzjoni biex Peralta jigi impeached? GHALIEX HADD GHADU MA BIDDEL IL-LIGI FEJN MAGISTRAT JILHAQ B’MAGGORANZA SEMPLICI IZDA JRID JITNEHHA B’MAGGORANZA TA’ ZEWG TERZI? GHALIX IL-GERNIJIET TA’ QABEL MA RRANGAWHA QATT DIN IL-LIGI, META HAFNA MID-DEPUTATI KIENU AVUKATI? ANKE ISSA L-OPPOZIZZJONI HIJA MMEXXIJA MINN TLETT AVUKATI! TGHID KELLU RAGUN MINTOFF LI KIEN IBIDDEL IL-MAGISTRATI?

  2. Le, le u le!!! Kemm sejrin dejjem u dejjem niddependu biss u b’kull ma jsir minn dawk is-70 ruh ta’ hemm fuq!!! Mela l-poplu qatt ma jista’ jkollu cans jiddeciedi haga bhal din direttament huwa!!! Nahseb li wasal iz-zmien li l-poplu jinghata aktar poter u mhux biss poter ta’ minuta f’hames snin (meta wiehed imur jivvota). Nahseb li wasal iz-zmien li d-demokratizazzjoni tikber lejn il-poplu u mhux lejn min qieghed imexxi jew jillegizla. Jekk dawk is-70 ruh verament iridu nibdew nghixu fi gzira demokratika (u mhux ta’ dittatura ta’ hames snin!) jehtieg li l-poplu f’haga bhal din jista jigbor tant percentagg ta’ firem ta’ eletturi (kif qieghed isir sabiex isir referendum per ezempju), jista’ jkun 20% ta’ l-eletturi u kif wiehed jivverifika l-awtenticita` tal-ferem, il-Magistrat (mhux jitlaq) ikun imkecci mill-pubbliku. Ma ninsewx il-vers latin li jghid: VOX POPULI, VOX DEI.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s