Fil-Parlament Ewropew : Joseph u l-bejgħ taċ-Ċittadinanza

Joseph Muscat + Alfred Sant

Ħadd ma għandu jkun sorpriż li l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza kif proposta minn Joseph ser tkun diskussa mill-Parlament Ewropew.

Prattikament il-partiti kollha fil-Parlament Ewropew iridu l-spjegazzjonijiet. Dan jgħodd ukoll għas-soċjalisti fil-Parlament Ewropew.

Hu ċar għal kulħadd li huma l-Gvernijiet nazzjonali li għandhom il-poter li jiddeċiedu materji dwar iċ-ċittadinanza. Imma huwa daqstant ieħor ċar li f’dak kollu li għandu impatt fuq il-pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni kull Gvern għandu l-obbligu li joqgħod lura.

Il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija qed tiġi reklamata minn Henley and Partners, konsulenti u aġenti tal-Gvern Malti, bħala x-xiri ta’ aċċess liberu fiż-żona Schengen. Huwa dan li qed inissel tħassib fid-diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja.

Membri Parlamentari Ewropej, kif ukoll diversi Gvernijiet Ewropej, qed jistaqsu dwar xi dritt għandu l-Gvern ta’ Malta li jagħti dan id-dritt ta’ aċċess lil min jixtri ċ-ċittadinanza.

M’hemmx tweġiba faċli. Imma żgur li ser jinqalgħu diffikultajiet mhux żgħar għax ħadd ma jrid li min jista’ jidħol f’pajjiżu jiddeċidieh pajjiż ieħor. Din hi l-problema li ħoloq Joseph Muscat. Qed jassumi li hu u l-Gvern Malti għandhom xi dritt li jiddeċiedu li jagħtu permess lil numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja biex ikunu jistgħu jidħlu meta u kif iridu fl-Unjoni Ewropeja. U dan bi ħlas ta’ €625,000.

Din ħadd m’hu ser jaċcetta li issir.

Dan hu l-qofol tad-diskussjoni ta’ Jannar li ġej fil-Parlament Ewropew.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s