Illum kienet l-ewwel okkazjoni li fiha l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat f’Jum ir-Repubblika kien responsabbli għar-rikonoxximent ta’ Maltin u barranin permezz tal-għoti ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
Ġieħ ir-Repubblika u l-Onorifiċenzi l-oħra li jagħti l-istat għandhom l-iskop li permezz tagħhom tkun rikonoxxuta l-ħidma ta’ persuni li jagħmlu ġieħ lill-pajjiż.
Permezz ta’ dan ir-rikonoxximent il-pajjiż ikun qed jgħid grazzi.
Nifhem u naqbel mal-għażla ta’ Joanne Cassar għal Ġieħ ir-Repubblika. Tirrappreżenta lill-komunita’ transgender u l-ġlieda ta’ din il-komunita kontra id-diskriminazzjoni imposta’ fuqhom mill-istat Malti tul is-snin.
Imma fil-waqt li tirrikonoxxi lil Joanne Cassar kif tista’ fl-istess nifs tagħti l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu lil Valentina Matviyenko, politika Russa li tikkampanja attivament kontra id-drittijiet tal-persuni LGBTI?
Xi ħadd f’Kastilja ma jafx x’inhu jagħmel.
Għandu raġun Alex Vella Ġera li irrifjuta Ġieħ ir-Repubblika għax ma jridx ikun assoċjat ma dan it-teatrin.
It-teatrin ma waqafx hawn.
Ġieħ ir-Repubblika ingħata ukoll lil Astrid Vella. Jixraqilha. Ħaqqha għal mod determinat kif kienet strumentali tul is-snin (flimkien ma bosta oħrajn) li ġġib l-istupru ambjentali fuq l-aġenda nazzjonali. Imma kif tista’ l-istess id li tapprova Ġieħ ir-Repubblika lil Astrid Vella tmexxi l-quddiem ir-reklamazzjoni tal-baħar, l-iżvilupp fl-ODZ kif ukoll tiġġustifika l-istupru fuq l-Għolja tax-Xemxija (ex-mistra Village)?
Kien jonqos biss li jagħti Ġieħ ir-Repubblika lil dawk id-9 membri tal-Bord tal-MEPA li ivvutaw favur il-permess tal-iżvilupp enormi fuq l-art tal-Mistra Village.
Kien jonqos biss li jagħti Ġieħ ir-Repubblika lil dawk id-9 membri tal-Bord tal-MEPA li ivvutaw favur il-permess tal-iżvilupp enormi fuq l-art tal-Mistra Village.
Really????
Hemmekk kellu problema: ghax kien ikollu jonora ukoll lill dawk il-membri tal-Bord li hargu l-Outline Permit. Fost dawn kien hemm ir-rappresentant tal-NGOs Philip Manduca, membru tad-Din L-Art Helwa! Anqas il-PM ma kien se jasal.
Astrrid vella irrifjutatu wkoll?
@Joseph Grech Attard
Le Astrid Vella ma rrifjutatux; dehret tiela quddiem il-President fuq it-television.
‘Il-mutetta’ dehret cara meta il-ONE introduca l-ahbar billi qal li din is-sena kien hemm ghazla izjed politikament bilancjata. Bhal dak li qallu meta dak li ddiecda li qed taqdi ir-Republika fl-istess hin qed itik bis-sieq u jghaddik biz-zmien, dan jikkostitwixxi “bilanc”. Aktar qed jitfa’ l-gebla fuq saqajh, ghax jekk Astrid Vella qed taqdi ir-Republika hu qed ikasbarha!