Alternattiva Demokratika illum ħabbret li ż-żewġ kandidati tagħha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ser ikunu jiena u Arnold.
Għal Arnold din ser tkun it-tielet esperjenza, għalija l-ewwel waħda.
Il-Parlament Ewropew qed jassumi importanza dejjem ikbar mhux biss fit-tfassil tal-politika Ewropeja fl-oqsma kollha tagħha. Fuq numru ferm ikbar ta’ issues id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hi determinanti. Hi saħħa akkumulata mill-Parlament minħabba li hu elett demokratikament u direttament miċ-ċittadin Ewropej. F’kull nifs li jieħu l-Parlament Ewropew jeffettwa dak kollu li nagħmlu aħna ukoll.
Matul il-ġimgħat li ġejjin ser ikollna l-opportunita’ li f’din il-blog niddiskutu dawn l-issues, b’mod partikolari kif dawn jolqtu lill-Malta.
L-Ewropa m’hiex dawk jew huma, iżda hi aħna ukoll.
Għax l-Ewropa hi aħna ukoll għandna l-obbligu ta’ parteċipazzjoni kritika f’dak kollu li jiġri fl-istituzzjonijiet Ewropej. Mhux appoġġ servili, iżda appoġg kritiku li jfittex li jmexxi l-quddiem politika responsabbli. Dejjem.
Dan li dejjem għamlet Alternattiva Demokratika. Dan ser tibqa’ taghmel.
Prosit. Nawguralhek Karm. Joe
“L-Ewropa m’hiex dawk jew huma, iżda hi aħna ukoll.” Hekk hu! Nispera li l-kandidati tal-PN, inkluz Casa, jifhmuh dan!