Huwa u jixhed il-bieraħ quddiem il-Kumitat għall Kontijiet Pubbliċi l-bieraħ George Farrugia xehed fl-istess żmien li ta’ riġal ta’ arloġġ tal-lira lil Tonio Fenech (dak iż-żmien Ministru tal-Finanzi) hu u ħutu kienu taw rigal ta’ karozza lill-Partit tal-Labour ta’ Joseph. Fix-xhieda issemma Manwel Cuschieri ex-President tal-Partit li kien in kuntatt dwar dan ir-rigal.
Kif ma qalilna xejn dwar dan ir-rigal is-Sur Manwel!
Il-bieraħ fil-għaxija it-Times qaltilna hekk:
“Pardoned oil trader George Farrugia told the Public Accounts Committee this evening that he and his brothers had given the Labour Party a car at around the same time that they had given former Finance Minister Tonio Fenech a crafted clock.
His brother Raymond, he said, had been in contact with former Labour official Manuel Cuschieri over the Daiwoo donation.
He also said that another two crafted clocks, worth €400 each, had been donated to the Nationalist Party and were included in the Independence Day lottery prizes”
Anke’ l-Malta Today il-bieraħ semmew ir-rigal tal-karozza Daewoo lill-Labour ta’ Joseph. Il-Malta Today tgħidilna iktar. Tgħidilna li waqt il-kampanja elettorali l-kumpanija ta’ Farrugia ipprovdiet numru ta’ karozzi lil Labour u lill-PN. L-anqas din ma qalulna!
Taż-żejt jinvestu fis-sod, anke fil-Labour Party, mhux biss fil-PN.
Xi raguni qarrieqa ghandek biex issemmi lil ‘Labour Party ta’ Joseph’ u mhux lil PN ta’ Simon jew Gonzi. Ma nahsibx li dan jaghmillek unur jew li jigbed xi simpatija ghall-partit li tirrapprezenta. Mhux ahjar issaaqsi lil min kixef dan kollu ghaliex ma’ semmiehihomx qabel l-elezzjoni ta Marzu? U jekk xi hadd jaghmel xi haga mhux sewwa ha jmur jikxef lilu nnifsu. Anke l-qorti tal-gustizzja ttik ic-cans li ma taghmilx dan. B’dan l-agir kontinwu kontra l-PL, l-AD qed tiehu sabta l-isfel. Hasra!
Qed nippubblika l-kumment ta’ “Joseph”. It-tweġiba tiegħi hi waħda sempliċi: miskin.
Jekk irid tweġiba iktar dettaljata jara l-kitbiet l-oħra f’din il-blog, fosthom is-segwenti:
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/10/20/simon-ma-jiftakarx/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/03/01/a-loan-for-the-nationalist-party/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/02/22/appreciating-tonio-fenech-and-the-ministers-code-of-ethics/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/02/22/public-appointments-and-parliaments-responsibilities/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/02/10/min-hu-dan-aust/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/02/04/il-parlament-meta-ser-johrog-mill-but-tal-kuntratturi/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/01/27/agenti-tal-bidla/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/01/25/financing-politics-in-malta-in-2013/
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/01/15/l-enemalta-tiffinanzja-l-kampanja-elettorali-tal-pn/
Possibli li PL rcieva karozza, u mid-dehra anke “issellef” ohraj minn ghand Gorg taz-Zejt u kellu l-wicc johloq daqshekk storbju fuq l-arlogg ta’ Tonio Fenek? L-arlogg jew l-arloggi xorta wahda ma kellhomx jigu accettati, izda biex twerzaq fuq arlogg u izzomm halqek maghluq fuq karozza trid tkun “daqsxejn” wiccek tost.
So what’s new about business people buttering both sides!
Perit, taghtix kaz meta jkun hemm min jikkritikak! Sa fejn naf, int dejjem imxejt bl-irgulija u nuqqas ta’ favoritizmu lejn il-partiti politici. Tghid dak li thoss – pero tibni l-kummenti tieghek fuq il-FATTI u mhux fuq is-shab!
Thallix lil min jipprova jaghmillek is-sarima!