Taż-żejt jagħtu karozza lill-Labour Party ta’ Joseph Muscat

Daewoo veritas

Huwa u jixhed il-bieraħ quddiem il-Kumitat għall Kontijiet Pubbliċi l-bieraħ George Farrugia xehed fl-istess żmien li ta’ riġal ta’ arloġġ tal-lira lil Tonio Fenech (dak iż-żmien Ministru tal-Finanzi) hu u ħutu kienu taw rigal ta’ karozza lill-Partit tal-Labour ta’ Joseph. Fix-xhieda issemma Manwel Cuschieri ex-President tal-Partit li kien in kuntatt dwar dan ir-rigal.

Kif ma qalilna xejn dwar dan ir-rigal is-Sur Manwel!

Il-bieraħ fil-għaxija it-Times qaltilna hekk:

“Pardoned oil trader George Farrugia told the Public Accounts Committee this evening that he and his brothers had given the Labour Party a car at around the same time that they had given former Finance Minister Tonio Fenech a crafted clock.

His brother Raymond, he said, had been in contact with former Labour official Manuel Cuschieri over the Daiwoo donation.

He also said that another two crafted clocks, worth €400 each, had been donated to the Nationalist Party and were included in the Independence Day lottery prizes”

Anke’ l-Malta Today il-bieraħ semmew ir-rigal tal-karozza Daewoo lill-Labour ta’ Joseph. Il-Malta Today tgħidilna iktar. Tgħidilna li waqt il-kampanja elettorali l-kumpanija ta’ Farrugia ipprovdiet numru ta’ karozzi lil Labour u lill-PN. L-anqas din ma qalulna!

Taż-żejt jinvestu fis-sod, anke fil-Labour Party, mhux biss fil-PN.