Il-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar David Pace f’rapport li ġie ippubblikat il-bierah it-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2013 fi ftit kliem jgħid li l-permessi għall-iżvilupp mill-ġdid tal-Mistra Village huma froġa oħra tal-MEPA. Dan jagħmlu wara li mexxa investigazzjoni fuq talba ta’ Din l-Art Ħelwa.
Il-frejjeġ fil-MEPA li kienu jsiru taħt Lawrence Gonzi, George Pullicino u Mario Demarco għadhom qed isiru taħt Joseph Muscat u Michael Farrugia.
Hu ġustifikat, jgħidilna l-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar, li l-permessi għall-iżvilupp tal-Mistra Village jkunu irtirati.
Ir-rapport li tistgħu taqrawh fuq is-sit elettroniku ta’ Din l-Art Ħelwa jagħti raġunijiet dettaljati biex jispjega għaliex il-Kummissarju David Pace wasal għal din il-konklużjoni. Ir-rapport jispjega xi tħalla barra fil-konsiderazzjonijiet li għamel id-Direttorat tal-Ippjanar u jgħid li l-Bord tal-MEPA kien iggwidat ħażin mill-Major Projects Unit tal-istess MEPA. Il-Bord tal-MEPA ngħata informazzjoni nieqsa u informazzjoni żbaljata.
F’pajjiż ċivilizzat il-Bord tal-MEPA kien jirreżenja en bloc wara deċiżjoni bħal din.
Darba waħda hekk kien sar meta l-Perit Joseph Falzon kien ħareġ rapport dwar il-permess abbużiv tal-LIDL ta’ Ħal-Safi fuq talba għal investigazzjoni li dakinnhar kienet saret minn Alternattiva Demokratika . Dakinnhar 6 minn 7 membri tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp li approvat il-permess kienu irriżenjaw lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2008.
Ma nafx kemm il-wieħed jew waħda mill-membri tal-Bord tal-MEPA għandhom il-kuraġġ li jammettu li għamlu żball u li għandhom iħallsu tiegħu billi jirreżenjaw.
Nistennew u naraw.
Perit din mhux l-ewwel froga tal-mepa kif taf sew inti. Nerga nfakkar ta Wied il-Ghasel li avolja saru l-oggezzjoniet kolla possibli kif ukoll petizjoni ta 24000 firma xorta thalla jsir ix-xoghol. L-fatt li l-petizjoni l-anqas biss giet ikkunsidrata huwa wkoll ta thassib ghad-drittijiet tac-cittadin u d-demokrazija. Meta ngibdet l-attenzjoni li l-girna li ghad baqa fuq il-post issa giet mirduma tahat il-livell tal-bini, ministru talab investigazjoni mill-puluzija fejn ovja dawn mhux huma tawh dan il-permess li jsir hekk. Allura ghaz ma ssirx investigazjoni serja u min ghandu jwiegeb jitressaq? Hekk biss tista terga titregga lura l.-kredibilta, jekk tista ssejhiha hekk.
”F’pajjiż ċivilizzat il-Bord tal-MEPA kien jirreżenja en bloc wara deċiżjoni bħal din.”
Hazin jaghmel Il-Prim Ministru u l-P.L. jekk jaghlaq ghajnejh u ma jaghmel xejn!
Gwaj ghall-partit li hafna nies, inkluz jien, ivotajnilu biex nehilsu mill-inefficenza u korruzjoni tal-gvern ta’ qabel!
Bosta malajr iduru fil-fehma taghhom meta tasal elezjoni ohra!
Nappella lill-P.M. biex jiehu hsieb din l-oxenita!
Jekk il-permess jithalla ikun zball enormi. F’dak il-kaz jehtieg tinfetah kawza fil-Qorti ta’ l-Appell!