Wara l-maltemp ………….

flooding B'Kara.301113

Wara l-maltemp ta’  dawn l-aħħar ġranet ix-xena li bosta minna jiftakru hi dik ta’ kwantita’ kbira ta’ ilma fit-toroq tagħna. Riħa ta’ drenaġġ f’uħud mit-toroq u tappieri tad-drenaġg ifuru f’ xi toroq oħra.

Sitwazzjoni li bla dubju ddejjaq lil bosta. Toħloq inkonvenjent lil kulħadd u ma tagħmel ġid lil ħadd.

Filwaqt li nkun l-ewwel wieħed li naċċetta li l-intensita’ tal-maltempati  hi effett tat-tibdil tal-klima ma naħsibx li jiena waħdi li osservajt li m’hemmx il-ħtieġa  ta’ xi maltempata qawwija biex f’Malta jfur id-drenaġġ jew biex ikollna kwantita’ kbira ta’ ilma fit-toroq.

Il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja li permezz tiegħu dawn l-ilmijiet ser jinġabru u l-parti l-kbira minnhom jintefgħu l-baħar qatt ma kienet is-soluzzjoni ġusta.

L-ilmijiet fit-toroq u d-drenaġġ ifur huma riżultat ta’ dawk li filwaqt li bnew, uħud għalihom u oħrajn għan-negozju, ma ħaffrux (jew bnew) bjar fil-propjetajiet tagħhom. L-ilma tax-xita li suppost inġabar fil-bjar spiċċaw tefgħuh fit-toroq jew fid-drenaġġ.

F’dan iż-żmien tas-sena, meta ftit li xejn għadha għamlet xita f’Malta, l-parti l-kbira tal-bjar li huma mibnija sewwa u tal-qies addattat kienu għadhom vojta qabel ma għamel il-maltemp ta’ dan l-aħħar. Kien faċli li bjar kważi vojta jimtlew bix-xita li għamlet. Dan kien ikollu l-konsegwenza li kien jonqos ħafna ilma tax-xita mit-toroq kif ukoll li kien jonqos ħafna ilma tax-xita mis-sistema tad-drenaġġ. B’hekk inqas kien ikun hemm ċans li tfur is-sistema tad-drenaġġ.

Dawk responsabbli għal dan kollu  huma dawk li bnew flats u maisonettes tul is-snin f’kull rokna ta’ Malta. Flok ma lestew bjar biex fihom jiġbru l-ilma tax-xita għażlu li jarmu l-ilma tax-xita fit-toroq jew fid-drenaġġ!

L-anqas li kellna ilma kemm irridu ma kien ikun ġustifikat li wieħed jaġixxi b’dan il-mod. Aħseb u ara meta wieħed iqis li aħna wieħed mill-iktar pajjiżi nieqsin mill-ilma fid-dinja!

ippubblikat f’iNews tat-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2013

Advertisements

6 comments on “Wara l-maltemp ………….

  1. Naf li bil-liġi wieħed irid ikollu bir mad-dar, imma ejja nkunu prattiċi.
    Illum, wieħed li qed iħaffer qabel ma jibni jiġi f’ħaltejn jekk jużax l-ispazju taħt l-art bħala bir jew bħala kantina jew garaxx. Aktarx jispiċċa jiddeċiedi li jużah bħala kantina jew garaxx. Hemm bżonn li jkun hemm inċentiv li jħajjar li l-ispazji taħt l-art jintużaw bħala bjar.

  2. Jiena ghandi garaxx taht id-dar u that il garaxx ghamilt gibja kbira. Ma tantx switli flus ghax dak l-ilma kollu li nigbor nuzah is-sena kollu biex insaqqi is-sigar u ninhaslu bih. Pero nixorbu l-ilma tal-vit mill RO.

  3. Uħud qalu li l-protesta ta’ nhar is-sibt li għadda li kellha ssir mill-għaqdiet tal-ambjent tħassret għaliex dawn beżgħu minn “erba’ taqtiriet xita”. U dawn l-erba’ taqtiriet xita kienu l-kawża li ċertu toroq saru xmajjar tant li wħud li kellhom imnorru għall-protesta ma sertgħux imorru. U dan huwa kollu riżultat ta’ deċiżjonijet ħżiena u żbaljati tal-Mepa. U l-protesta ma saritx imma n-natura ħaditha f’idejha għaliex wara, matul il-ġurnata, infetħu biebien is-sema u t-toroq reġgħu saru widien grazzi għall-ippjanar tal-Mepa u tal-awtorita ta’ qabilha l-PA.
    Jiena ma nafx kif ċertu nies li jaqblu u li kienu parti minn dawn id-deċiżjonijiet u jkunu fuq il-bord tal-Mepa ma jistħux. Għall-għexieren ta’ snin il-Mepa ma nfurzatx il-liġi li kull dar ikollha bir, għaliex ippreferiet li minflok bir ikun hemm garage. U ftit qabel l-elezzjoni ċediet għal dak il-politikant li ried li jnehhi dan l-obbligu li jikun hemm bir, u ried li l-ilma tal-bjut imur fid-drenagg, kif qed jagħmel. Dan żgur mhux fl-interess tal-poplu, jew fl-interess tal-ambjent, imma fl-interess tal-iżviluppaturi.
    Bħalissa qiegħed nisma’ l-aħbarijiet u qed jingħad li għada ser ikun hemm maltempata. Jigifieri t-toroq sejrin jerġgħu jsiru xmajjar, u l-widien mgħarqa bl-ilma mill-bjut u mid-drenagg, kollha minħabba tal-Mepa, minkejja lli fi ħdan il-Mepa hemm ħafna nies kwalifikati, u tal-affari taghhom, imma li r-rapporti tagħhom ħafna drabi jiġu injorati minn dawk il-membri tal-bordijiet li huma appuntati politikament.
    Ma hemmx bżonn protesti mill-NGOs. Kull darba li taghmel ix-xita, turi l-inkompetenzi tal-Mepa. U ma nafx kif minn kien involut f’dawn id-deċiżjonijiet ma jmurx jinħeba ħalli ma jarawhx in-nies li qed iħallsu l-prezz qares, kif qed jagħmel ukoll l-ambjent naturali.

    Forsi l-qarrejja tiegħek jitħajjra jaraw il-kummenti li kont għamilt dwar dan is-suġġett fuq il-blog tiegħi:

    http://alfredbaldacchino.wordpress.com/2013/09/19/when-the-rain-sets-in/

    http://alfredbaldacchino.wordpress.com/2013/11/20/aghmel-xita-aghmel-2/

  4. Ghalija minbarra l-irjus inefficenti fil-Mepa, huma l-politikanti ta’ pajjizna li kienu u ghadhom responsabbli ghal din is-sitwazzjoni.
    Hafna minn dawn mohhhom biss li jikkuntentaw lill-ispekulaturi li jippumpjaw il-flus lill-partiti politici u bwiet ohra. Oxxenita li qed inkomplu nghixuha kuljum! Pajjiz mibjugh!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s