In-nagħġa ta’ Montekristo

charles polidano jm letter

Mela ċ-Ċaqnu jrid jagħti l-impressjoni li qed jimmansa. Mhux apposta qal. Ma riedx joħloq diffikulta.

Tridx tmur!

Dak li ilu jisfida ma jridx joħloq inkonvenjent. Ma kellu l-ebda intenzjoni li l-affari tiskala.

Dak li dejjem sfida lill-awrtoritajiet qed jgħid li jrid jikkoopera mal-awtoritajiet. Fir-realta’ l-unika kooperazzjoni mal-awtoritajiet skond id-dizzjunarju tan-nagħġa ta’ Montekristo hi dik li twassal biex jibni fuq art tal-Gvern bħalma għamel il-Marfa fil-każ tal-Lukanda Solemar u flok ma jwaqqulu jċedulu.

Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tfisser li jinħarġu permessi bħalma ħarġu għall-bini ta’ supermarkets li illum qed jintużaw mil-Lidl f’Ħal-Luqa u Ħal-Kirkop. Tal-ewwel parzjalment fil-flight path tal-uniku ajruport Malti.  Tat-tieni barra miż-żona ta’ żvilupp.

Jekk dak li għamlet il-MEPA kienitx show minħabba d-dimostrazzjoni ma nafx. L-unika ħaġa ċara hi li n-nagħġa ta’ Montekristo bidlet it-tattika u taparsi immansat.

Nistennew u naraw!

Advertisements

2 comments on “In-nagħġa ta’ Montekristo

  1. Perit, il-poplu jaf li bejn certi politikanti (miz-zewg nahat tal-kamra) u l-ispekulaturi kienet u ghada tezisti ‘imhabba” li ghamlet u ghada taghmel hsara enormi lill-ambjent Malti.
    Dawk li l-poplu jivvota sabiex imexxu ‘l pajjiz ipoggu l-interess tal-partit u hafna drabi wkoll l-interess personali u jaghmlu minn kollox sabiex jaqdu l-ispekulaturi. Dawn l-affarijiet certament mhux sew u hu ghalhekk li Malta tilfet hafna miz-sbuhija naturali taghha.
    Ic-caqnu gawda u ghadu jgawdi. Il-bzar fl-ghajnejn mhux ser jikkonfinci lill-poplu li l-affarijiet tbiddlu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s