L-ambaxxaturi : min jitwieled tond ma jsirx kwadru

Foreign Ministry Malta

Fil-Parlament il-bieraħ ġew diskussi l-estimi tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Reġgħu issemmew il-ħatriet politiċi. Carm Mifsud Bonnici kelliemi tal-Opposizzjoni għall-Affarijiet Barranin qal li l-ħatriet politiċi fis-servizz diplomatiku żdiedu b’mod li illum għandna 66% tal-ħatriet diplomatiċi li marru għand persuni li m’humiex tas-servizz. Żieda sostanzjali miċ-ċifra ta’ 42%, kif kienet is-sitwazzjoni fil-leġislatura l-oħra.

Il-ħatriet fis-servizz diplomatiku huma importanti ħafna għax il-persuni hekk maħtura jirrappreżentaw lill-pajjiż. Huma l-ewwel linja ta’ kuntatt ma pajjiżi oħra.

Ambaxxatur tajjeb jiswa mitqlu deheb, kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-Gvern.

Kull pajjiż jagħmel ħatriet politiċi fis-servizz diplomatiku. Malti la hi eċċezzjoni u l-anqas ma qiegħed nipproponi li għandha tkun eċċezzjoni. Imma hu neċessarju ukoll li nivvalorizzaw is-servizz diplomatiku, dak jiġifieri li hu magħmul minn career diplomats.

Fil-leġislatura l-oħra l-Parlament iddiskuta u approva mozzjoni dwar wieħed mill-ambaxxaturi Maltin li kellhom ħatra politika. Il-Parlament għamel dan biex jgħarbel il-ħidma ta’ dan l-ambaxxatur u eventwalment iddeċieda li jiċċensurah.

F’pajjiż żgħir bħal tagħna jkun utli kieku l-Parlament jgħarbel il-ħatriet ta’ ambaxxaturi qabel ma jsiru dawn il-ħatriet u mhux wara. Ikun għaqli li jkun assigurat li minbarra l-lealta’ tagħhom lejn il-Gvern, l-ambaxxaturi għandhom ukoll il-kapaċitajiet, il-kompetenza u t-taħriġ neċessarju biex jaqdu d-doveri tagħhom.

M’għandi l-ebda dubju illi kieku l-ħatriet diplomatiċi jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Parlament uħud mill-persuni li inħatru ambaxxaturi riċentement anke l-Gvern kien jaħsibha darbtejn dwar il-ħatra tagħhom. Għax fil-waqt li kif qal il-Ministru George Vella hu neċessarju li wieħed jagħtihom ċans jaħdmu qabel ma jiġġudikom, min hu tond mhux ser isir kwadru, anke jekk taghtih ċans.

3 comments on “L-ambaxxaturi : min jitwieled tond ma jsirx kwadru

  1. Ma nistghux nuzaw proverbji barra mill-kuntest taghhom. Il-proverbju li ghazilt ma jistghax jintuza’ ‘a priori!’ Izda biss meta xi hadd jaghmel l-istess zball! Hawn hafna li jaghmlu zball u jirrangaw, specjalment jekk ma jkunux arroganti u suppervi. Ghandu ragun il-ministru George Vella. Ghati cans qabel ma’ tnaqqas id-dinjita ta’ dak li jkun! Fil-foreign service ghandu jkun hemm biss nies li jaqblu mal-politika tal-gvern tal-gurnata. Huwa ssir hsara lill-gvern tal-gurnata minn opponenti tal-politika tal-gvern tal-mumenti fil-pajjiz, u, allura, possibilment, hsara lil,pajjiz, ahseb u ara kieku dawn jokkupaw karigi mportanti fil-foreign service!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s