Il-logħob biċ-ċittadinanza ekonomika

Chess.01

Il-logħob biċ-ċittadinanza Maltija qed idejjaq lill-kulħadd.

Li jkun possibli li tingħata ċ-ċittadinanza lil min jagħti kontribut għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż hi proposta tajba. Jeħtieġ iżda li jkunu indirizzati żewġ diffikultajiet.

L-ewwel diffikulta’ hi dwar jekk il-kontribut għandux ikun ammont żgħir (relattivament) mingħand diversi persuni li miġbur flimkien jintuża mill-Gvern biex jiffinanzja inizzjattivi partikolari [x’inhuma għad irridu naraw].  Dan hu li jsir f’St Kitts u Nevis fil-Karibew permezz ta’ donazzjonijiet lill-Fondazzjoni dwar id-diversifikazzjoni tal-Industrija taz-Zokkor [Sugar Industry Diversification Foundation].

Min-naħa l-oħra fl-Awstrija l-impenn hu wieħed ta’ kontribut dirett tal-individwu fl-ekonomija mingħajr ma juża l-istat bħala intermedju.

L-għażla reali jiġifieri hi bejn min ikun diġa ta’ prova ta’ kontribut għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u min jagħti kontribut ta’ €650,000 li wara jitħaddmu mill-Gvern flimkien mal-kontribut ta’ ħaddieħor.  Għalija l-ewwel triq, dik imħaddma mill-Awstrija hi iktar serja u marbuta mar-riżultati miksuba. It-tieni triq, dik ibbażata fuq il-prattika f’St Kitts u Nevis, hi dgħajfa u mhux neċessarjament li tagħti riżultat. Kullma tagħmel tagħti l-flus f’idejn il-Gvern li jista’ jħaddimhom tajjeb u jista’ jħaddimhom ħażin.

Mela d-differenza bejn iż-żewġ sistemi hi li waħda tagħti ċ-ċittadinanza ekonomika li min ikun diġa tak ir-riżultati u l-kontribut għal titjib ekonomiku filwaqt li oħra tippremja biċ-ċittadnaza ekonomika lil min jagħtik il-finanzi biex tipprova tieħu inizzjattivi. M’hemmx bżonn tkun għaref biex tikkonkludi li l-ewwel  sistema hi bil-bosta aħjar mit-tieni.

It-tieni diffikulta hu dik li tissejjaħ due diligence. Jiġifieri li tgħarbel lil min japplika biex tara jekk hux fl-interess tal-pajjiż li jingħata ċ-ċittadinanza. Il-proposta tal-Gvern hi li d-due diligence jagħmluha Henley and Partners (konsulenti tal-Gvern) li ser imexxu huma stess l-implimentazzjoni tal-iskema anke jekk id-deċiżjonijiet finali jeħodhom il-Gvern.  Ikun ferm aħjar li min imexxi l-iskema (u li ukoll ser imexxi l-quddiem applikazzjonijiet ta’ klijenti tiegħu stess) ma jkunx hu stess li jgħarbel l-applikanti.  Anke jekk ikunu persuni differenti fl-istess ditta.

Niftakru li anke l-Montenegro kellhom sistema simili ta’ ċittadinanza ekonomika li ġiet sospiża meta bdew id-diskussjonijiet għas-sħubija tal-Montenegro fl-Unjoni Ewropeja. Minkejja li waħda mill-kundizzjonijiet tal-iskema tal-Montenegro kienet li ċ-ċittadinanza ekonomika ma tingħatax li min imiss mal-kriminalita din xorta ingħatat lil Thaksin Shinawatra ex-Prim Ministru tat-Tajlandja li pajjiżu jridu jgħaddi proċeduri kriminali dwar korruzzjoni.

Dawn huma dawk li aħna f’Alternattiva Demokratika naraw bħala id-difetti tal-iskema proposta mill-Gvern. Pass żbaljat wieħed f’din l-iskema jista’ jħarbat ix-xogħol utli li sar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Malta tul is-snin. L-istess bħalma qed isir bil-paroli tal-Opposizzjoni li, meta tirritorna fil-Gvern tirtira ċ-ċittadinanza mogħtija taħt din l-iskema.  Id-dubju li hemm fuq il-validita’ kostituzzjonali ta’ dak li qed jgħid il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil mhux ser ikun ta’ ġid għall-pajjiż.

Hemm ħafna sens komun nieqes f’dak li qed jgħidu kemm il-Gvern kif ukoll l-Opposizzjoni. L-atitudni tat-tnejn li huma qed tagħti messaġġ ħażin lil kull min qiegħed widnejh miftuħin biex jisma’.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s