Thaksin Shinawatra kien Prim Ministru tat-Tajlandja bejn l-2001 u l-2006. Fl-2006 tneħħa minn kolp ta’ stat b’akkużi ta’ korruzzjoni u abbuż ta’ poter.
Minn dakinhar sal-lum għex prinċipalment fid-Dubai.
Meta ħarab mit-Tajlandja ftit wara l-kolp ta’ stat kien xtara l-Manchester City l-klabb tal-futbal Ingliż.
Kien nefaq 82 miljun lira sterlina biex xtara 75% tal-isħma tal-klabb iżda ftit wara biegħu lil investituri Għarab minn Abu Dhabi.
Maħrub minn pajjiżu li jridu lura biex jgħaddi proċeduri kriminali dwar korruzzjoni, Thaksin Shinawatra xtara ċ-ċittadinanza tal-Montenegro. Il-Montenegro toffri ċ-ċittadinanza lil min jinvesti iktar minn €500,000 fil-pajjiż. Ftit irħas minn kemm ser tiġi tiswa ċittadinanza ekonomika f’Malta.
U bil-ħaqq ftit wara li l-Montenegro beda l-proċess biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropeja, fuq talba tal-EU, fl-2010 l-Montenegro iffriża l-bejgħ tal-passaporti.
Malta qed tiġri wara dawn it-tip ta’ klijenti.
Il-konkluzjonijiet tieghek hija infondata u vili sur Cacopardo!! Isthi! Tista’ ma taqbilx izda li tikkonkludi li Malta qed tigri wara Prim Ministri jew nies ohra korrotti turi nuqqas ta’ serjeta. Kif tridu imur ‘l quddiem il-partit ta’ l- Alternattiva? Jew m’ghadikx maghhom? Fejn huma d-drittijiet u d-dinjita tal-bniedem li tant tipprova tiddefendi? Mela ghandek ‘one hundred weights and one hundred measures?’
Din hi r-realta’. Dawn it-tip ta’ nies ser jigu. Ara ftit il-konsulent tal-Gvern Shiv Nair. Il-Gvern hatru konsulent minkejja li l-World Bank poggieh fuq il-black list ghal ghomru minhabba korruzzjoni.
Xejn differenti milli kien ghamel il-PN fil-Gvern meta hatar lil Lahmeyer International bhala konsulenti l-ewwel tal-Awtorita’ dwar ir-Rizorsi u mbaghad tal-Enemalta. Il-Lahmeyer International ukoll kienet fuq il-blacklist tal-World Bank minhabba korruzzjoni.
Dan hu l-mod kif s’issa sar l-iscreening (jew due diligence) f’dan il-pajjiz!
Joseph m’ghandix minn xiex nisthi. Ghandi obbligu li dawn l-affarijiet nikteb fuqhom.
Da zgur li ghandek dritt li tikteb. Izda m’ghandek l-ebda dritt taghmel bhala fatt haga daqshekk abominabbli li l-gvern ser jaghmel din il-ligi biex jattira nies korrotti. Wara kollox kemm Shiv Nair u Lahmeyer ma xtraw l-ebda cittadinanza! Ahbarijiet infondati huma vili Carmel. Ma jixirqulekx!!
Taqbel jew ma taqbilx dawn it-tip ta’ nies huma fost dawk li tattira skema bhal dik li qed jaghmel il-Gvern Laburista.
Il-kazi ta’ Shiv Nair u Lahmeyer International huma prova jekk qatt kien hemm li dwar il-korruzzjoni hawn hafna parole, izda meta nigu fatti : xejn. Hlief elf skuza. Ma jafx jew ma qallu hadd!
Li tattira forsi, izda li tghid li ser issir ghalhekk hija kalunja. Hemm hafna toqob fil-ligijiet ta’ kull pajjiz li jattiraw korruzzjoni, inkluz f’Malta. Min hu korrott dejjem isib toqba minn fejn jghaddi u donnhom il-ligijiet isiru apposta hekk. Izda li takkuza li ha ssir ligi biex nattiraw il-korrotti hija haga amorali u unetika!
Reblogged this on Italian Dual Citizenship USA.
Joseph, minn ghandu 650 000 euro xi jhallas sabiex igib cittadinanza Maltija u lest ihallashom sabiex jitlaq minn pajjizu at all cost…….mhux ovvja x’tip ta’ nies ha tattira. Min irid jinvesti hawn jista meta jrid u ma ghandu bzonn l-ebda cittadinanza. Nahseb il-Perit Cacopardo ghandu ragun.
Jien ukoll ta! Qed ninkwieta hafna li ser nitilfu kull identita’ Maltija. Issa zgur!