Id-diżonesta fiskali tal-Partit Laburista fil-Gvern

carrots

Fit-Times ta’ dal-għodu u fil-gazzetti l-oħra fi ġranet oħra hemm kumment dwar dak li ġej fil-budget li jmiss.

Waqt il-Kampanja Elettorali ta’ Marzu li għaddiet il-Labour Party ta’ Malta wiegħed li ser iwettaq dak li kien diga wiegħed il-PN fil-budget li ma kienx approvat u ċjoe li l-Income Tax tonqos.  Il-PN ukoll kien qiegħed iwiegħed li jwettaq dik il-wegħda.

Alternattiva Demokratika kienet iddikjarat dakinnhar li dan kollu kien falz. Kienu wegħdiet diżonesti tal-Partit Laburista u tal-PN għax jekk id-dħul tal-Gvern kien ser jonqos minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tad-dħul il-Gvern ried ta’ bil-fors jikkumpensa b’xi mod ieħor:  jew billi jintroduċi taxxi ġodda inkella billi jnaqqas l-infieq. U billi l-infieq ma kienx jidher li ser jonqos bil-fors kellhom jiżdiedu t-taxxi.

Il-Partit Laburista dejjem wieġeb li ma kellux il-ħsieb li jżid it-taxxi għax l-ekonomija kienet ser tikber, qaluna. U jekk tikber l-ekonomija jiżdied id-dħul tal-Gvern, biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis tal-Income Tax.

Għal darba oħra issa Alternattiva Demokratika qed tingħata raġun.

Fil-budget li ser jipproponi l-Ministru Edward Scicluna f’Novembru li ġej ser jiżdiedu t-taxxi indiretti b’€50 miljun. Dawk it-taxxi jiġifieri li ma jiddependux fuq id-dħul tal-individwu. Mela l-partit politiku li jippretendi li hu progressiv naqqas taxxa progressiva li permezz tagħha jħallas iktar min jiflaħ l-iktar u minflok ser jagħtina taxxi li jħallashom kulħadd. Kemm min jiflaħ kif ukoll min ma jiflaħx.

Il-Partit Laburista Malti kien diżonest meta wiegħed li jnaqqas it-taxxa tad-dħul.

Nistennew u naraw x’inhu ġej.

2 comments on “Id-diżonesta fiskali tal-Partit Laburista fil-Gvern

  1. Xbajt nara kuntrumbajsi miz zewg partiti. Jahsbu li kullhadd iblah (jiddispjacini li xorta hawn hafna u hafna boloh li jemmnu l’PN u PL). Li qieghed idejjaqni l’aktar huwa li kull zball li taghmel din l amministrazzjoni (kunsulenzi bl addocc etc), meta tigi ikkriitkata fuqha, tipprova tiggustifika ‘ghax fi zmien il PN sar hekk’. Qiesu din saret il- gustifikazzjoni tal-hmerijiet li qeghdin isiru

  2. Mhux bilfors li taxxa indiretta tolqot lil kulhadd.
    Ha ntik ftit ezempji.
    a-Licenzja specjali sabiex ziemel ikun jista jghaddi minn toroq residenzjali.
    b-Fee li tithallas sabiex wiehed iwahhal tabella tan- “No Parking” mal-garaxx tieghu.
    c-Zieda fil-licenza fuq it-tieni karozza.
    d-Permessi ghola fuq il-ftuh tal-hwienet tal-gambling u tat-tatoos.
    Jekk trid intawwallek il-lista kemm tixtieq. Nemmen li l-gvern jista jdahhal hafna izjed
    flus minn fuq in-nejk zejjed tqa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s