Wara l-istqarrija tal-Ministru Manwel Mallia fil-Parlament huwa ġustifikat li nistaqsu: issa fejn sejrin?
Il-posizzjonijiet tal-Gvern u l-Opposizzjoni jikkuntrastaw mhux daqstant fl-iskop daqskemm fil-metodu.
Ilkoll kemm aħna naqblu li l-piż tal-immigrazzjoni għall-pajjiżna hu kbir. Naqblu lkoll li għandna nipproteġu l-ħajja bla limitu jew kundizzjonijiet iżda li dan l-impenn tagħna m’għandux ikun abbużat.
Ilkoll naqblu li l-għajnuna li tatna s’issa l-Unjoni Ewropeja biex nistgħu naqdu aħjar l-obbligi tagħna li nħarsu l-ħajja ta’ dawk li jeħtieġu din l-għajnuna ma jeżenta lil ħadd mill-obbligi kbar li hemm ta’ kull pajjiż li jifforma parti mill-Unjoni Ewropeja lejn il-pajjiżi fuq il-fruntiera.
Huwa ukoll fatt, li ħadd ma semma il-lejla fil-Parlament li billi l-materja tal-immigrazzjoni mhiex waħda mir-responsabbiltajiet komuni tal-Unjoni azzjoni dwarha teħtieġ l-unanimita’, jiġifieri li jaqblu l-pajjiżi kollha. U jekk din l-unanimita ma tkunx teżisti ftit li xejn jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet .
Saru diversi tentattivi tul is-snin biex jintlaħaq xi forma ta’ ftehim. L-uniku pass li kien hemm qbil dwaru kien illi jgħin min irid, fuq bażi volontarja. Fuq it-TVM2 David Casa nhar il-Ħadd qal li kienu 4 biss il-pajjiżi li offrew l-għajnuna, liema għajnuna issarfet filli dawn ħadu madwar 700 immigrant f’pajjiżhom. Numru ferm żgħir li nqabeż anke mill-għajnuna li tatna l-Istati Uniti tal-Amerika.
Huwa f’dan il-kuntest li wieħed irid jiċcara li l-konflitt ta’ Malta mhux mal-Unjoni Ewropeja iżda mal-Kapijiet tal-Gvern li miġbura flimkien fil-Kunsill Ewropew jieħdu id-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tkun teħtieġ li timplimenta. Għaxra mit-28 Gvern ta’ pajjiżi fil-UE huma immexxija minn Prim Ministri Soċjalisti, 13 minn Prim Ministri ġejjin mill-Partit Popolari. Id-diversita’ ta’ opinjonijiet hi kbira għax ilkoll kemm huma jridu jirrispondu għal opinjoni pubblika kritika f’pajjiżhom.
Kollox ser idur fuq il-kapaċita ta’ Herman van Rompuy President tal-Kunsill li iktar kmieni din is-sena kien hawn Malta u indirizza l-Parlament Malti. Van Rompuy għandu l-fama ta’ consensus builder u l-probabbilta’ li l-problema tispiċċa f’ħoġru.
F’Ġunju li għadda lill-Parlament kien qallu “I am fully aware of Malta’s concerns.” Jekk minn dan l-għarfien jirnexxilux iwassal għal soluzzjoni iżda għad irridu naraw.
Tista, jekk jogghbok, tghidilna kemm hadet Malta u kemm hadet l-Italja finanzi mill-Unjoni Ewropea, biex ittaffi ghal-influs ta’ immigranti illegali li invadew lil dawn iz-zewg pajjizi? Mhux ghax dan ser jaghmel xi differenza fil-problemi li qed jiffaccja pajjizna, imma tajjeb li l-poplu jaghraf il-fatti u mhux jimxi fuq paroli governattivi fl-arja!!
L-informazzjoni dwar Malta giet ippubblikata. Dik dwar l-Italja nifhem li tinstab f’sorsi tal-EU.
With anodyne leadership like that of Barroso (only strong when dealing with his personal victims like John Dalli!), Schultz, and Von Rompuy, it will be not at all surprising if this latest crisis will received treatment typical of leaders, or of a Commission, that are in the last phases of their incumbency. I would wish to be a fly in the Council chamber when the next, or even the one after, meeting of the European Council is held, simply to see to what extent each and every EU member state leader, plus Von Rompuy, assume their duties of protecting humanity in an effective manner, viz through acceoptance of the burden-sharing principle, and immediatealy thereafter beginning to implement it.
Dr. John A. Consiglio