Il-konsulenti meqjusa korrotti

corruption

Sewwa qiegħed jagħmel Mario de Marco jemfasizza fuq il-ħatra ta’ Shiv Nair bħala konsulent ta’ Joseph Muscat u l-Gvern tiegħu. Shiv Nair hu fuq il-black list tal-Bank Dinji minħabba l-korruzzjoni.

Ma nafx x’għandu dan il-pajjiż tagħna donnu hu kalamita għal min ikun fuq il-black list tal-Bank Dinji.

Xi snin ilu meta allura Mario de Marco kien fil-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi kellna kumpanija li kienet inħatret  biex tagħti pariri lill-Awtoritá dwar ir-Riżorsi (ta’ Malta) u tal-Enemalta.  Din ukoll kienet fuq il-black list tal-Bank Dinji minħabba korruzzjoni. Jisimha Lahmeyer International.

Il-minuti tal-Kabinett huma sigrieti u allura ma nafx min kienu dawk il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari li kienu oggezzjonaw għall-ħatra tal-Lahmeyer International.

Tajba din. Donnu meta l-Membri Parlamentari Maltin ikunu fil-Gvern donnhom ma jaraw xejn ħażin fil-black list tal-Bank Dinji. Imbagħad mill-Opposizzjoni qiesu jinfetħulhom għajnejhom!  Jew dawk li l-Bank Dinji jqieshom korrotti jiġru warajna!

2 comments on “Il-konsulenti meqjusa korrotti

  1. Lahmyer International isemmew f’zewg postijiet: fl-Energy Policy esistenti (ta’ Gorg Pullicino) ippublikata fl-2009 u f’Dicembru 2012 minghajr tibdil. Hemmek Lahmeyer qalu li l-aktar li kien jaqbel ghal Malta kienet li iddahhal il-gas naturali bhala LNG!
    NB L-ghajta presenti ta’ Din l-Art Helwa biex issir SEA fuq l-Energy Policy “gdida” tal-gvern ma hi xejn hlief eku ta’ GP.

    Fl-iss Policy , Lahmeyer issuggerit Direct Current Link ma’ Sqallija. imma L-Enemalta ighazlet AC link ghal ragunijiet li qatt ma ppublikat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s