Joseph Muscat u l-Għasafar

No more Spring Hunting

Joseph Muscat il-lejla qalilna li ma jaqbilx mal-ġbir tal-firem għar-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa għax fil-fehma tiegħu dan ir-referendum ser ikun qed jimponi deċiżjoni fuq minoranza.

Dr Muscat mhux korrett. Għax l-argument mhux bejn dawk li huma favur jew kontra l-kaċċa. Iżda bejn l-għasafar u l-kaċċaturi. Huma l-għasafar li huma minn taħt.

Dawk minna li huma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa qed nappoġgaw lill-għasafar.

Għalhekk il-ħtieġa tar-referendum għax l-għasafar għandhom bżonn il-protezzjoni.