Repubblika tal-Banana fil-Mediterran

800px-Banana_republic_svg

John Rizzo li sa Marzu 2013 kien il-Kummissarju tal-Pulizija jgħidilna fil-Qorti li hu kien iddeċieda li kien hemm biżżejjed provi biex itella’ lil John Dalli l-Qorti dwar il-każ oriġinalment investigat mill-OLAF in konnessjoni mat-taħwid u t-tixħim koness mal-industrija tat-tabakk.

John Rizzo jgħid ukoll li dwar dan kien qabel miegħu l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.

Il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid Peter Paul Zammit l-ewwel qalilna li wara li studja sewwa l-każ hu tal-fehma li ma hemmx każ kontra John Dalli. Imbagħad qalilna li l-każ għadu mhux magħluq. Interessanti li s-Sur Peter Paul Zammit ukoll qalilna li l-Avukat Ġenerali jaqbel miegħu!

Tajjeb pero li qatt ma smajna x’qal verament l-Avukat Ġenerali. S’issa nafu biss x’qal ħaddieħor dwaru.

Qiesna qed ngħixu f’Repubblika tal-Banana fil-Mediterran.  L-opinjonijiet legali jiddependu fuq min ikun fil-Gvern. Hemm każ jew  m’hemmx każ?

One comment on “Repubblika tal-Banana fil-Mediterran

  1. L-ewwel “kas” jew ahjar bzonn li hemm hu li jitkellem l-AG. Jekk hu minnu li l-opinioni tieghu tbiddlet mal-kumissarju, mela jaqbad u jitlaq. Jekk ma tbiddlitx mela jkollu l-kuragg li jtella il-kumissarju il-qorti ghal diffamazjoni. Li mhux tollerabbli hu li jibqa sieket u jibqa f’postu. Jekk jigri hekk verament nistghu npoggu banana flok il-George Cross nhar 13 Dicembru li gej.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s