Int iffirmajt? X’qed tistenna?

Honey buzzard

Il-ġbir tal-firem biex jissejjaħ referendum ħalli l-kaċċa fir-rebbiegħa tispiċċa darba għal dejjem issa qabad ir-ritmu.

Erbatax-il għaqda, inkluż Alternattiva Demokratika, issa ilhom ftit ġimgħat jiġbru l-firem. In-nies, minn dak li naf u minn dak li jgħiduli, qed tirrispondi b’mod pożittiv għax il-parti l-kbira tal-Maltin jridu jipproteġu l-għasafar fl-iżjed żmien meta huma vulnerabbli, fir-rebbiegħa. L-għasafar huma l-iżjed vulnerabbli f’dan iż-żmien għax hu ż-żmien li jbejtu u jkollhom ilż-żgħar.

L-għaqdiet li qed jiġbru l-firem huma dawn:  Alternattiva Demokratika, Birdlife Malta, Coalition for Animal Rights, Din l-Art Helwa, Flimkien ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Greenhouse Malta,  International Animal Rescue (Malta), Malta Organic Agriculture Movement, Moviment Graffiti, Greenhouse Malta, Nature Trust Malta and the Ramblers Association of Malta.

Kull min irid jiffirma l-petizzjoni  jista’  jikkuntattja xi waħda minn dawn l-għaqdiet li permezz tal-membri tagħhom qed jiġbru l-firem f’diversi partijiet ta’ Malta. Min iżda jiltaqa’ ma xi diffikulta jista’ jibgħat messaġġ fuq cashmalta2013@gmail.com u jingħata l-informazzjoni li jkun jeħtieġ.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s