(ritratt ta’ Newsbook.com.mt)
Dalgħodu Alternattiva Demokratika indirizzat konferenza stampa dwar il-bini li beda fl-area tal-Mirakli ġewwa Ħ’Attard fuq art li sal-2006 kienet barra miż-żona tal-iżvilupp.
Il-krew tal-PBS x’ħin kienu fi triqithom għal din il-konferenza kienu mhedda minn persuni li kienu qed jaħdmu fuq is-sit ta’ kostruzzjoni li dwaru saret il-konferenza stampa. Ara r-rapport tal-PBS hawn.
L-istqarrija maħruġa minn Alternattiva Demokratika wara l-konferenza stampa intqal kif ġej :
Il-proprjeta’ vojta: sinjal ta’ twissija
L-ammont ta’ proprjetajiet residenzjali vojta hu sinjal ta’ twissija. Bi 72,150 unit residenzjali vojt ma nistgħux nibqgħu nibnu iżjed art li sa ftit ilu kienet barra miż-żona ta’ żvilupp. Hekk qal Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson u kelliemi ta’ Alternattiva Demokratika għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern, fl-inħawi Tal-Mirakli f’Ħ’Attard huwa u jindirizza konferenza stampa dwar il-pjani lokali u r-razzjonalizzazzjoni tal-iskemi ta’ żvilupp.
Il-konferenza stampa saret quddiem medda art li saret skedata għall-bini bħala riżultat tal-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni li l-Gvern immexxi mill-PN wettaq fl-2006. Din l-art sa dakinnhar kienet parti minn “green belt” . Fuq din l-art fit-18 ta’ Lulju 2013 il-MEPA ħarġet permess biex jinbnew 24 garage u store fil-basement u 19 il-unit residenzjali fil-ħames sulari l-oħra (6 maisonettes, 9 flats u 4 penthouses).
Cacopardo żied jgħid li “dan kollu qed isir minkejja li preżentement f’Malta hawn 72,150 unit residenzjali vojt. Żieda sostanzjali fuq it-53,136 proprjeta’ vojta fl-2005 u l-35,723 fl-1995.”
“Alternattiva Demokratika,” kompla jgħid Cacopardo “ma taqbilx li dawn l-artijiet jinbnew. Pajjiżna ma jistax jibqa’ jissagrifika iktar art biex fuqha jinbnew iktar residenzi meta fiċ-ċensiment ta’ sentejn ilu kienu identifikati 72,150 post residenzjali vojt. M’għandniex bżonn nibnu fuq skala kbira għal ħafna snin. Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-pjani lokali Alternattiva Demokratika jidhrilha li għad baqa’ cans żgħir biex nirrimedjaw. Dan jista’jsir billi l-iskema tar-razzjonalizzazzjoni tispiċċa u l-art li kienet hekk identifikata ma tibqax tajba ghall-bini. Huwa importanti ukoll li nifhmu li ma jagħmilx sens li jkollna iktar proġetti massiċċi ta’ żvilupp residenzjali. Il-kwantita’ ta’ propjeta’ residenzjali vakanti għandha tkun fattur ewlieni u l-bażi ta’pjani lokali ġodda.”
Ralph Cassar, Segretarju Generali ta’ Alternattiva Demokratika u Kunsillier fil-Lokalita ta’ Ħ’Attard qal li “l-bini bla rażan li għaddej kif ukoll il-fatt illi hawn numru kbir ta’ proprjetajiet vojta qed joħloq pressjoni żejda fuq l-infrastruttura tal-lokalitajiet. Ħ’Attard mhux eċċezzjoni għal dan. Il-flejjes li ser ikunu meħtiega għall-izvilupp u ż-żamma f’kundizzjoni tajba tal-infrastruttura li taqdi dawn it-72,150 post residenzjali vojt setgħu faċilment intużaw biex titjieb l-infrastruttura eżistenti. Iż-żieda fin-numru ta’ propjetajiet residenzjali vojta,” ikkonkluda Cassar, “barra milli toħloq impatti ambjentali inaċċettabbli, hi ukoll ħela ta’ fondi pubbliċi.”
Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof Arnold Cassola, ikkonkluda billi qal: “Bil-konċessjoni ta’ żieda ta’ żewg sulari lil-lukandi, bit-tiġdid awtomatiku sa Marzu 2014 tal-permessi ta’ żvilupp li l-MEPA ħarget minn Awwissu 2006 lil hawn, kif ukoll bil-ħrug ta’ diversi permessi għal żvilupp insostenibbli bħal dak ta’ Sqaq Żbibu f’San Gwann, il-MEPA għan-nom tal-gvern qed turi bil-fatti li ma jimpurtahiex mid-drittijiet tar-residenti. Jidher li issa huwa ż-żmien tal-ħlas lura ta’ dak dovut lill-industrija tal-bini talli għenet lill-partit illum fil-gvern qabel l-elezzjoni.”
Ħasra li għalkemm konna għamilna diversi laqgħat, konferenzi stampa u anke azzjoni legali fl-2006 flimkien ma residenti minn bosta lokalitajiet, inkluzi Ħ’Attard, l-Iklin, il-Mellieħa, Swieqi u l-Mosta, huwa biss illum il-ġurnata, seba’ snin wara li ħafna aktar nies qed jindunaw x’kienet verament tfisser il-kelma “razzjonalizazzjoni” li uża l-Gvern Nazzjonalista biex jiddeskrivi dak li kienu qed jippjanaw. Ħafna nies qed jindunaw meta sfortunatament huwa tard wisq, meta bdew jitħaffru l-pedamenti u meta dak li qed jiġri issa sar legali u skont ir-regoli tal-ippjanar. Ta’ min isemmi wkoll li fl-2006, AD BISS mill-partiti pruvat twaqqaf dan l-isfreġju, il-Partit Laburista fil-Parlament mhux talli ma opponiex, iżda issuġġerixxa li aktar art tidħol fl-iskema tal-iżvilupp.
What a shocker!!! Mepa has and always will be a tool in the hands of the administration. It sanctions development of ODZ areas and then the Govt will turn around and says…Don’t blame us…Mepa approved it..
It is always a shocker, even though we have seen worse! But to be clear it is not a case of MEPA sanctioning development of ODZ areas.
You may remember that way back in 2006 through a so called “rationalization exercise” the PN led government extended the development zones in various areas. The Labour Opposition, insensitive as always to all matters environmental had asked for more. It was only Alternattiva Demokratika – The Green Party and the environmental NGOs which stood up to be counted. Both then and now.
San Gwann, H’Attard… xejn mu sagru u issa jidher car li l-izviluppaturi hadu over il-gvern, il-mepa u saru ir-rejijiet huma. PROTESTA NAZZJONALI ISSA.
This is what will happen to each and every of the over 77 ‘pockets’, all over Malta and Gozo, that were included feloniously in 2006, under the guise of Rationalisation.(Collectively, more than the size of a new Siggiewi!). It is now our turn to write to MEPA protesting under the Local Plans 2013 submissions. Your children will be proud of you.
Kliem sabih…..u inkoragganti ghall Alternattiva.
Imma dan l-appogg favur il-politika tal AD huwa facli hafna li taghmlu sena WARA l-elezzjoni.
Sena QABEL elezzjoni, dak li tghid l-AD jibda jsir “irrilevanti”. Jibdew jigu diskussi suggetti ta natura “aktar serja, aktar urgenti, aktar importanti ghall gejjieni ta wliedna”.
U l-AD terga tispicca bis-soltu 3000 vot tal-ambjentalisti tax-“xellug” (li hafna nies isejhulhom “dawk l-erba boloh tas-soltu” ) .
Mela hu go fik ja poplu ! Ghax hekk jimmeritak.