Il-bojkot ta’ Ċensu Farrugia

Censu Farrugia 01

Ċensu Farrugia tal-GRTU jrid bojkot. M’huwiex ser jattendi laqgħat tal-MCESD meta dawn jiddiskutu l-prekarjat.

Il-Gvern, ġustament irid jiġġieled il-prekarjat li f’Malta hu b’saħħtu prinċipalment minn fuq il-kuntratti tal-Gvern u tal-korpi parastatali. Għax il-kuntratti tal-Gvern jintrebħu (ġeneralment) minn min joffri l-orħos prezz. U l-iktar mod prattiku kif uħud iqisu li jistgħu jaslu għal offerta li tkun l-orħos huwa billi jagħsru liż-żgħir.

Ġustament il-Gvern għandu fil-mira tiegħu dawn il-kuntratti.  Sa hawnhekk tajjeb.

L-ewwel idea tal-Gvern kienet li ma jippermetiix iktar li jkun hemm sub-contracting. Ċjoe li min jirbaħ kuntratt ma jitħallix jgħaddi l-kuntratt (jew kif isir ġeneralment parti minnu) lil ħaddieħor. Kien hemm opposizzjoni għal din l-idea. Din issa inbidlet u minflok hawn l-idea li min jitfa l-offerta jrid jgħid minn qabel min ser ikunu is-subcontractors u l-kundizzjonijiet oħra dwarhom li japplikaw.

L-idea tal-Gvern hi tajba imma m’hiex prattika.

Fl-opinjoni tiegħi biex il-Gvern jiġġieled bis-saħħa lill-prekarjat ma hemm bżonn jibdel (kważi) xejn ħlief il-livell tas-sorveljanza tal-kuntratti.

Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti tal-Gvern diġa joħolqu qafas ta’ regolamentazzjoni dwar is-sub- contracts. Min jirbaħ kuntratt ta’ xogħol jew servizz għall-Gvern diġa għandu l-obbligu li ma jistax jaqbad u jiddeċiedi hu li jagħti sub-contract. Dan jista’ jagħmlu biss wara li kiseb l-approvazzjoni tal-Gvern.

Għaldaqstant kullma jeħtieġ li jsir mill-Gvern hu li jistabilixxi regoli ċari tal-kriterji li fuqhom jagħti l-permess biex ġaladarba kuntratt ikun intrebaħ ikun jista’ jkun hemm sub-contractors. Punt ewlieni ta’ dawn il-kritierji għandu jkun li ma jingħatax lok għal prekarjat u li kundizzjonijiet minimi ta’ xogħol ikunu rispettati.

Biex  infasslu flimkien l-aħjar triq kif nistgħu naslu ħalli negħlbu l-prekarjat huwa neċessarju li jkun hemm kulħadd madwar il-mejda.  Għalhekk il-bojkott ta’ Ċensu Farrugia m’hu ser isolvi xejn.

Dan parir bla ħlas.

One comment on “Il-bojkot ta’ Ċensu Farrugia

  1. X’tistenna min VF? Dan bniedem li jrid jitkellem hu biss. U wara jitkellem jerga hu. Ahjar jghidulna l buzullotti tal GreenMT mal gozz klienti taghha mela jaghmel bojkott bla sens? Nahseb ha parir minghand it tifel tieghu li jservi wkoll jew l grtu jew greenmt jew it tnejn. X’prekarjat prekarjat… all in the family

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s