Sqaq Żbibu : il-MEPA tħokk rasha

Illum quddiem il-Bord tal-MEPA sar smiegħ dwar applikazzjoni ta’ żvilupp biex medda ta’ art ta’ madwar 3000 metru kwadru fi Sqaq Żbibu San Ġwann tkun żviluppata. L-applikazzjoni PA 1104/04 titlob żvilupp ta’ 53 appartament (11 b’kamra tas-sodda waħda, 13 b’żewġt ikmamar tas-sodda u 29 bi tlett ikmamar tas-sodda) u 7 penthouses (waħda b’kamra tas-sodda waħda, 5 b’żewġt ikmamar tas-sodda u waħda bi tlett ikmamar tas-sodda flimkien ma numru ta’ garaxxijiet f’żewġ livelli taħt l-art.

40 familja appoġġati minn Flimkien għal Ambjent Aħjar u Alternattiva Demokratika opponew dan l-iżvilupp u ippreżentaw sottomissjonijiet quddiem il-Bord tal-MEPA għal iktar minn sagħtejn.

Il-Bord tal-MEPA wara li sema’ kollox iddeċieda li dak li qalu r-residenti, Flimkien għal Ambjent Aħjar u Alternattiva Demokratika kellu jkun eżaminat iktar fil-fond. Fil-fatt il-Bord tal-MEPA ippospona konsiderazzjoni tal-applikazzjoni għal nhar il-5 ta’ Settembru li ġej biex ikunu eżaminati 4 punti fundamentali u ċjoe : l-arkijoloġija tal-post, shelter li hemm fil-post li s’issa ma ġiex eżaminat, titjib fid-diżinji tal-faċċata u dettalji ta’ kif ser isir titjib tal-immaniġjar tat-traffiku.

Nistennew  u naraw !

3 comments on “Sqaq Żbibu : il-MEPA tħokk rasha

  1. u jien mhux kuntent. Dan huwa zvilupp ikrah, ta hasar ghas sahha tar residenti, jharbat it traffiku f zona diga mifnija bi problemi, johloq problema fi Sqaq Zbibu ta dhahen, nuqqas ta parkegg, tahwid fir karregjata ta saqa zbibu u fuq kollox perikoluz ghax ambulanza jew tat tifi tan nar mi jistux jidhlu biex jilhqu xi problema fuq in naha ta gewwa. Ma hemmx fejn jduru.

  2. Nittama li mhux se jigri bhalma gara fir-Rabat, Malta, proprju fit-Tafal tal-Imdina fejn sit ta’ arkejologija sensittiva, minbarra li huwa ddikjarat mill-istess MEPA bhala white area, fuqu nghata permess biex inbnew tlett villel bi tlett swimming pools fejn ittiehdet art agrikola, b’detriment ghall-ambjent: u dan minkejja li l-Kunsill Lokali Rabat, kien oggezzjona kemm fl-2008 meta saret applikazzjoni, kif ukoll fl-2012 meta ntalab tigdid tal-permess qabel ma nbeda l-progett. Id-dover tal-MEPA hi li tipprotegi lill-ambjent u mhux tirrovinah!

  3. Proġett mostuż, bħas-soltu. Triq daqshekk dejqa ma tistax tindifen. Apparti hekk, mhux biss il-parkeġġ trid tara, imma l-volum ta’ karozzi li se jkun hemm dieħel u ħiereġ. San Ġwann iġġammjat diġà kif inhu, parkeġġ m’hawnx biżżejjed. Inutli dan iħallas multa tan-nuqqas ta’ parkeġġ. Bil-multa li se jħallas, mhux se tissolva l-problema li se joħloq. U r-rawndabawt tal-gass mhix se tagħmel mirakli. Biha kif inhi, u kif ġejja, mhux se jkun hemm titjib qawwi fiċ-ċirkulazzjoni tal-karozzi. Sempliċiment se jmexxu l-għoqla mill-Kappara għal Tal-Qroqq.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s